Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Nirgħu l-Poplu t’Alla mhux bħala dominaturi imma bl-umiltà

Nirgħu l-Poplu t’Alla mhux bħala dominaturi imma bl-umiltà


Il-Ġimgħa 2 ta’ Ġunju 2017. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Ġesù jħalli n-nagħaġ tiegħu f’idejn Pietru, l-akbar midneb, u jistiednu jirgħa l-Poplu t’Alla bl-umiltà u l-imħabba, minkejja l-iżbalji tiegħu u dnubietu, qal il-Papa dalgħodu waqt il-Quddiesa fil-kappella tad-Dar Santa Marta.

 

 

Fl-omelija l-Papa kien qed jikummenta l-Evanġelju tal-lum meħud minn San Ġwann li fih Ġesù Rxoxt jiddjaloga ma’ Pietru fix-xatt tal-għadira, fil-post fejn kien sejjaħlu.  Hu djalogu kalm, seren, bejn il-ħbieb, saħaq Franġisku, fl-atmosfera tar-Riżurrezjoni tal-Mulej.  Ġesù jerħi n-nagħaġ tiegħu f’idejn Pietru, u jistaqsih tliet darabiet jekk iħobbux.

Ġesù jagħżel lill-akbar midneb fost l-Appostli tiegħu – l-oħrajn kienu ħarbu, imma Pietru ċaħdu:  “Ma nafux”.  U Ġesù jistaqsih: “Tħobbni aktar minn dawn?.   Ġesù jagħżel lill-akbar midneb biex jirgħa l-Poplu t’Alla.

Dan iġagħlna naħsbu, osserva Franġisku.  Ġesù jgħid lil Pietru biex jirgħa n-nagħaġ bl-imħabba.

Tkunx ragħaj b’imnieħrek imxammar, qisek xi dominatur, irgħa bl-umiltà, bl-imħabba, kif għamel Ġesù.  Din hi l-missjoni li Ġesù ta lil Pietru.  Bl-iżbalji, bid-dnubiet.  Tant hu hekk li wara dan id-djalogu Pietru jiżloq oħra.  Rikbitu l-kurżità u lill-Mulej isaqsih: “imma dan id-dixxiplu l-ieħor, fejn sejjer, x’se jagħmel?”

Iżda dan jagħmlu bl-imħabba, fost l-iżbalji, id-dnubiet:

‘Għax dawn in-nagħaġ mhumhiex tiegħek, huma tiegħi,’ jgħid il-Mulej.  ‘Ħobb.  Jekk int ħabib tiegħi, għandek tkun ħabib ta’ dawn.’.

Il-Papa fakkar li Pietru kien ċaħad lil Ġesù quddiem il-qaddejja tas-saċerdot il-kbir: kien sod fiċ-ċaħda tiegħu daqskemm kien sod meta stqarr: “Int Kristu, l-Iben ta’ Alla ħaj”.

Franġisku fakkar ukoll il-ħarsa ta’ Ġesù li ltaqgħet ma’ dik ta’ Pietru ftit wara li dan kien ċaħdu.  U l-appostlu, ikkummenta l-Papa, li kien kuraġġuż biex jiċħad kellu ħila jibki biki ta’ qsim il-qalb.

U wara li għadda ħajtu jaqdi lill-Mulej intemm bħall-Mulej: fuq salib.  Imma mhux bil-ftaħir: ‘Nispiċċa bħall-Mulej!’  Le.  Jitlob biex jissallab rasu ‘l isfel, biex hekk jidher ċar li hu mhux il-Mulej, li huwa l-qaddej.

Dan nistgħu nitgħallmu minn dan id-djalogu tant sabiħ, tant seren, bejn il-ħbieb.  Jalla, temm il-Papa Franġisku l-Mulej itina l-grazzja li f’ħajjitna nimxu dejjem b’rasna baxxuta: rasna merfugħa ‘l fuq minħabba d-dinjità li jtina Alla, imma b’rasna baxxuta għax nafu li aħna midinbin u l-Mulej waħdieni hu Ġesù, aħna qaddejja.

Ħajr lill-kamra tal-aħbarijiet ta’ Radju Marija.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: