26. Katekeżi dwar it-Tama Nisranija mill-Papa Franġisku. 14 ta’ Ġunju 2017.
Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!
Illum qed nagħmlu din l-udjenza f’żewġ postijiet, imma magħqudin flimkien bl-iskrins il-kbar: il-morda, biex ma jbatux wisq sħana, qegħdin fl-Awla Pawlu VI, u mhux hawn. Imma xorta nibqgħu lkoll flimkien u jgħaqqadna l-Ispirtu s-Santu, li hu dak li dejjem iġib l-għaqda. Insellmu lil dawk li jinsabu fl-Awla!