Meta d-demokrazija ssir farsa

Fl-għerq ta’ kull demokrazija vera hemm il-garanzija ta’ għażla ħielsa u vot ħieles u l-eżerċitu ta’ din l-għażla mhux biss huwa dritt ta’ kull ċittadin, imma fuq kollox obbligu gravi li jġorr miegħu responsabiltà tremenda.  Huwa l-obligu tagħna lejn dawk ta’ qabilna li ssieltu u uħud saħansitra ċarċru demmhom għal dan id-dritt.  Huwa obligu lejn iċ-ċittadini l-oħra ta’ żmienna li jitkexkxu meta jaraw it-tragedji umani li jseħħu kuljum f’reġimi totalitarji.  Huwa obligu daqstant ieħor gravi lejn uliedna, ulied uliedna u dawk kollha li għad iridu jiġu warajna – dejjem jekk bl-użanzi tagħna kontra l-ħajja ma nkunux aħna stess li nikkundannawhom li ma jeżistux. Continue reading “Meta d-demokrazija ssir farsa”