Good Day!

Good Day! Jew, bil-Malti, il-Jum it-Tajjeb! Kemm-il darba nirċevieha! F’kważi f’kull messaġġ li nirċievi!

Iva ħbieb! Saret moda. Li, dak li jkun jibgħat dan l-awgurju. Ala Ingliża. Jew ala Maltija. Jiddependi kif iħossha fil-mument. Inkella kif tkun imdorrija. Jew, anki, biex twassal messaġġ. Insomma … Good Day! Imma, fil-verità, meta nawgura l-Jum it-Tajjeb lil xi ħadd vera nkun qed nixtieqlu l-ġid?

Continue reading “Good Day!”

L-Isqfijiet: Is-suċċessuri tal-Appostli

Il-persuna qaddisa tal-Isqof San Nikola tfakkarna fl-importanza tal-persuna tal-Isqof fi ħdan id-djoċeżi tiegħu. Kien fl-24 ta’ Jannar tal-2004 li San Ġwann Pawlu II approva l-pubblikazzjoni ta’ Direttorju għall-ministeru pastorali tal-isqfijiet imsejjaħ Apostolorum successores. F’dan id-Direttorju, li hu xogħol il-Kongregazzjoni tal-Vatikan għall-Isqfijiet, wieħed jista’ iżjed japprezza s-sejħa tal-isqof bħala s-suċċessur tal-appostli. U allura, b’riħet hekk, jista’ japprezza iżjed iżjed lill-qaddis tagħna San Nikola!

Continue reading “L-Isqfijiet: Is-suċċessuri tal-Appostli”

Kampanja biex jitqiegħdu fis-seħħ il-proposti tal-Enċiklika Laudato Sì, tingħata appoġġ mill-Papa Franġisku

It-Tlieta, 18 Lulju 2017: Wara li sentejn ilu l-Papa Franġsiku kien ħareġ l-Enċiklika “Laudato si’” dwar il-kura tad-Dar Komuni tagħna, issa ta l-appoġġ tiegħu għall-kampanja li qed timmira li tqanqal miljun ruħ biex bil-fatti u fil-prattika jidħol fis-seħħ u fil-prattika l-messaġġ ta’ dan id-dokument.
Continue reading “Kampanja biex jitqiegħdu fis-seħħ il-proposti tal-Enċiklika Laudato Sì, tingħata appoġġ mill-Papa Franġisku”