Home > Aħbarijiet, Ġenerali > Il-Knisja fl-Awstralja topponi Liġi tal-Ewtanasja fl-istat ta’ Victoria

Il-Knisja fl-Awstralja topponi Liġi tal-Ewtanasja fl-istat ta’ Victoria


Il-Ħamis, 3 ta’ Awwissu 2017: L-Arċisqof Denis Hart ta’ Melbourne wera d-disapprovazzjoni tiegħu għal pjan biex fil-ġimgħat li ġejjin il-Parlament ta’ Victoria jiddiskuti liġi biex tkun introdotta l-ewtanasja. Hu qal li kien inkwetat ħafna dwar il-futur tal-anzjani u ċ-ċittadini l-aktar vulnerabbli.

Rapport minn Panel li l-Ministru responsabbli waqqaf biex jagħtuh pariri dwar is-suġġett, fih 66 rakkomandazzjoni dwar dik li qed tissejjaħ Mewt Assistita Volontarjament. B’din il-liġi in-nies li jgħixu f’Victoria mill-2019 ‘l quddiem se jkunu jistgħu jfittxu li jkollhom mewt assistita medikament, wara li jagħmlu talba għaliha għal tliet darbiet u jkunu eżaminati minn żewġ tobba.

Id-Deputati fl-Istat ta’ Victoria se jingħataw vot ta’ kuxjenza fuq din il-liġi u r-riżultat mhux magħruf x’ser ikun. L-Arċisqof faħħar l-isofrzi biex jissaħħaħ is-servizz tal-kura paljattiva imma stqarr li dan kien il-minimu li seta’ jsir.

Għalkemm l-abbozz ta’ liġi fih numru ta’ “salvagwardji” l-Arċisqof qal li dawn qatt ma jistgħu jkunu biżżejjed għax ma jeżistudx proċeduri mediċi li dejjem jgħaddu b’wiċċ il-ġid u bla kumplikazzjonijiet. L-interventi mediċi kollha jistgħa’ jkollhom kumplikazzjonijiet. Dawk favur il-liġi qed jagħmlu minn kollox biex ipinġuha bħala xi att ta’ ħniena iżda l-verita’ hi li l-mewt meta mhux naturali jew aċċidentali hi qtil.

Mons. Hart sostna li l-liġi proposta se timponi responsabbiltajiet mhux raġjonevoli fuq it-tobba li se jkollhom liema pazjenti għandhom ikunu assistiti biex imutu u allura d-deċiżjoni se tkun tat-tobba u mhux tal-pazjenti li huma msejħa biex jikkuraw.

Il-Prim Ministru ta’ Victoria qal li se jappoġġja din il-liġi filwaqt li d-Deputat Prim Ministru qal li se jivvota kontra.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Grupp Mercy Health – wieħed mill-akbar gruppi mediċi kattoliċi fl- Awstralja diġa ddikjara li l-grupp tiegħu hu mħasseb dwar ir-riskju ta’ persuni vulnerabbli li jistgħu jkunu esplojtjati u mġiegħla jaċċettaw mewt assistita, jekk il-liġi tgħaddi mill-Parlament.

Min-naħa l-oħra, St Vincent Health Australia ddikjarat li jekk il-liġi tgħaddi hi xorta waħda mhux se tipprovdi mewt assistita fl-isptarijiet tagħha. Qal li liġi fiha ħafna riskji filwaqt li mill-esperjenza jafu li l-maġġoranza tal-persuni b’mard serju ħafna li fil-bidu juru x-xewqa ta’ suwiċidju assistit jibdlu l-fehma meta jirċievu kura paljattiva ta kwalita’.

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija (Malta)

Categories: Aħbarijiet, Ġenerali
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: