L-Iskozja se tkun ikkonsagrata lill-Qalb Immakulata ta’ Marija

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ġimgħa, 4 ta’ Awwissu 2017: Għall-ewwel darba, l-Iskozja se tkun ikkonsagrata lill-Qalb Immakulata tà Marija. L-att ta’ konsagrazzjoni se jitmexxa mill-isqfijiet tal-pajjiz fis-Santwarju Nazzjonali Marjan ta’ Carfin fit-3 ta’ Settembru.

Min-naha tieghu, l-Isqof John Neenan ta’ Paisley talab lill-Kattolici biex jiehdu sehem f’40 jum ta’ thejjija spiritwali ghal din l-okkazjoni.

Fuq il-paġna tiegħu tal-Facebook l-isqof qal hekk:”Sejjer naghmilha kuljum u gentilment nistieden lil kulhadd biex jinghaqad mieghi. Il-konsagrazzjoni tiddependi fuq it-thejjija ta’ żelu nazzjonali. Aqsmu dan ma’ kulhadd, tafu li rari nitlob dan, izda din hija ġrajja importanti.”

Din is-sena tahbat il-100 sena mid-dehriet tal-Madonna gewwa Fatima, anniversarju li ġab miegħu ghadd ta’ konsagrazzjonijiet nazzjonali lill-Immakulata.

F’Gunju, l-isqfijiet Pollakki kkonsagraw il-Knisja tal-pajjiz lill-Qalb Immakulata ta’ Marija. Fi Frar, il-Kardianla Vincent Nichols rega’ kkonsagra lill-Ingilterra u Wales. L-ewwel konsagrazzjoni kienet saret fl-1948 mill-Kardinal Bernard Griffin, li kien Arcisqof ta’ Westminster.

F’Gunju, il-Kardinal Bechara Boutros Rai, il-mexxej tal-Knisja Kattolika Maronita, ikkonsagra l-Lvant Nofsani kollu lill-Immakulata.

Il-Papa Frangisku, f’Ottubru tal-2013, kien ikkonsagra lid-dinja kollha lill-Qalb Immakulata ta’ Marija.

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading