Home > Aħbarijiet, Ġenerali > In-Nunzju l-ġdid wasal Malta

In-Nunzju l-ġdid wasal Malta


L-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Mario Grech, Mons. Joe Galea Curmi u Mons. Simon Sanchez laqgħu lill-E.T. l-Arċisqof Alessandro D’Errico, in-Nunzju Appostoliku l-ġdid, mal-wasla tiegħu, il-Ġimgħa 4 ta’ Awwissu 2017, fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

323895-490xNone

Mons. Alessandro D’Errico twieled f’Frattamaggiore f’Napli l Italja, fit 18 ta’ Novembru 1950. Ġie ordnat saċerdot fl 24 ta’ Marzu 1974 u ħadem fid Djoċesi ta’ Aversa. Għandu Dottorat fil Filosofija.

Huwa studja fl Akkademja Pontifiċja Ekklesjastika f’Ruma u ngħaqad mas Servizz Diplomatiku tas Santa Sede fil 5 ta’ Marzu fl 1977. Serva fin Nunzjatura tat Tajlandja, il Brażil u l Greċja. Wara serva fil Prefettura della Casa Pontificia, u wara kien rappreżentant tal Papa fl Italja u l Polonja.

Fl 14 ta’ Novembru tal 1998 inħatar Arċisqof Titulari ta’ Carini u Nunzju Appostoliku fil Pakistan.

Fil 21 ta’ Novembru 2005 nħatar Nunzju fil Bożnija Ħerzegovina.

Fis 17 ta’ Frar 2010 nħatar Nunzju fil Montenegro.

Fil 21 ta’ Mejju 2012 nħatar Nunzju fil Kroazja.
Mons. D’Errico, bħala rappreżentant tal Papa, għandu r responsabilità li jirrappreżentah mal Knisja f’Malta u Għawdex, kif ukoll mal awtoritajiet ċivili. Huwa wkoll id Dekan tal Korp Diplomatiku akkreditat għar Repubblika ta’ Malta.

Id dmir tiegħu hu li jkun ta’ għajnuna għall Isqfijiet, isaħħaħ l għaqda mas Sede Appostolika u jmexxi ’l quddiem ir relazzjonijiet bejn is Santa Sede u l Gvern ta’ Malta.

Mill-Kamra tal-Aħbarijietr ta’ Radju Marija.

Categories: Aħbarijiet, Ġenerali
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: