X’kien jgħidli Patri Stiefnu

Print Friendly, PDF & Email

Mela waqt li kont qiegħed għall-kwiet u fil-kwiet telgħet quddiemi l-figura għażiża ta’ ħija u ħabib għażiż tiegħi, Patri Stiefnu Barbara OFM Cap. Dan il-Patri Bormliż kien iħobb jgħidli: Il bene non fa chiasso e il chiasso non fa bene. Jiġifieri “it-tajjeb ma jagħmilx storbju l-għaliex l-istorbju ma jagħmilx tajjeb”.

Din is-sentenza sabiħa li kien jgħallimni Patri Stiefnu fakkrittni f’dak li qalilna Ġesù fil-vanġelu skont San Mattew: “Mela meta tagħmel karità, tmurx iddoqq it-trombi quddiemek, kif jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor fis-sinagogi u fit-triqat, biex in-nies tfaħħarhom. Tassew, ngħidilkom, li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh. Iżda int, meta tagħmel karità, idek ix-xellugija m’għandhiex tkun taf x’inhi tagħmel il-leminija, biex hekk il-karità tiegħek issir fil-moħbi, u Missierek, li jara dak li hu moħbi, iroddlok hu” (Mt 6:2-4).

Mulej, meta bija tagħmel il-ġid għinni ma ndoqqx trombi quddiemi. Biex il-ħlas tiegħi ma nieħdux f’din id-dinja stess u mbagħad għal wara ma jibqagħli xejn. U nispiċċa fixxa. Għinni iva nagħmel il-ġid fil-moħbi. U int Missier, li tara dak li hu fil-moħbi, troddli int. Amen.

Kemm kont tgħidli sewwa Patri Stiefnu!

Leave a Reply

%d bloggers like this: