Home > Aħbarijiet > Il-Papa Franġisku l-ewwel Papa li se jżur il-Mjanmar

Il-Papa Franġisku l-ewwel Papa li se jżur il-Mjanmar


Il-Ġimgħa, 18 ta’ Awwissu 2017: Is-sit newsbook.com.mt irrapporta li l-Papa Franġiksu se jkun l-ewwel Papa Kattoliku li se jżur il-Mjanmar f’Novembru li ġej, skont rapport ippubblikat minn servizz ta’ aħbarijiet kattoliċi fl-Ażja.
L-Unjoni tal-Aħbarijiet Kattoliċi Ażjatiċi irrappurtat li l-Papa Franġisku se jżur dan il-pajjiż Ażjatiku qabel vjaġġ li kien ippjanat għal Bangladexx fl-istess xahar.

Ir-rapport jikkwota sorsi għolja Kattoliċi jgħidu li l-vjaġġ se jsir fis-27 ta’ Novembru u jdum erbat ijiem.
Żjara bħal din hi meqjusa bħala pass sinjifikanti ħafna fir-relazzjonijiet bejn il-Knisja Kattolika u Mjanmar, li qabel kien magħruf bħala Burma, li beda proċess ta’ riformi demokratiċi fl-2015 biex jipprova joħroġ minn ħakma militari ta’ 20 sena.

Il-Vatikan u Mjanmar stabbilixxew relazzjonijiet diplomatiċi f’Mejju li għadda wara laqgħa fil-Vatikan bejn il-Papa Franġisku u l-mexxej “de facto” tal-pajjiż –Aung San Suu Kyi li hi rebbieħa tal-Premju Nobel għal-Letteratura.

Ir-rapport jgħid li l-Papa se jżur il-belt kapital ta’ Mjanmar, Naypyidaw, għal laqgħa formali ma’ Suu Kyi qabel imur lejn Yangon li hi l-akbar belt fil-pajjiż.
Skont sorsi fil-Vatikan il-Papa Franġisku kien qed jikkunsidra li jagħeml vjaġġ fl-Indja u Mjanmar iżda s’issa ma kienx possibbli jsiru l-arranġamenti għal vjaġġ fl-Indja minħabba l-impenji tal-Prim Ministru ta’ dak il-pajjiż.

Jekk il-Papa jżur Mjanmar se jiffaċċja problema ta’ kif jitkellem dwar il-Musulmani Rohingya li huma minoranza fil-pajjiż.
In-Nazzjonijiet Magħquda qalet li qed isiru atroċitajiet kontra r-Rohingya li jistgħu jitqiesu bħala delitti kontra l-umanità.

Madwar 88% tal-poplu ta’ Mjanmar huma Buddisti.

Hemm 659,000 Kattoliku jgħixu fi 384 parroċċa. Il-pajjiż għandu popolazzjoni ta’ 51 miljun persuna.

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: