Imut l-eks Nunzju Appostoliku għal Malta l-E.T. Mons. Mario Cassari

Il-Ħadd, 20 ta’ Awwissu 2017: Tħabbret il-mewt tal-eks Nunzju Appostoliku għal Malta, l-E.T. Mons. Mario Roberto Cassari, Arċisqof Titulari ta’ Tronto, fl-età ta’ 73 sena. Mons. Cassari nħatar Nunzju Appostoliku għal Malta fit-22 ta’ Mejju 2015. Il-ħidma diplomatiku tiegħu f’Malta ntemmet uffiċjalment fis-27 ta’ April ta’ din is-sena, meta tħabbret il-ħatra tal-E.T. Mons. Alessandro D’Errico bħala Nunzju Appostoliku ġdid. L-Arċisqof Charles J. Scicluna, li kien ingħata l-pallium minn Mons. Cassari fil-11 ta’ Lulju 2015, sellem il-memorja tal-eks Nunzju Appostoliku permezz ta’ messaġġ fuq Twitter.
Continue reading Imut l-eks Nunzju Appostoliku għal Malta l-E.T. Mons. Mario Cassari