Vanġelu: Fl-inħawi ta’ Ċesarea ta’ Filippu wieħed kien isib art fertili ħafna. Il-merħliet kienu jirgħu fuq ħaxix bnin, u b’hekk jirrendu prodotti mill-aqwa. Ir-raġuni kienet li mill-muntanja Ħermon insibu tlett għejjun ta’ ilma li wara ftit kienu jiltaqgħu biex jiffurmaw ix- xmara Ġordan. In-nies kienu joffru l-prodotti tagħhom lill-allat tan-Natura f’żewġ tempji li kien hemm fil-belt ta’ Ċesarea, kemm bħala radd il-ħajr u kemm biex l-allat ikomplu jkattru l-ġid fost dak il-poplu. Dil-belt kien bniha bħala belt kapitali Filippu, iben Erodi. Biex jaġevola r-Rumani semmiegħa Ċesarea ta’ Filippu, mhux Filippu biss. Continue reading “Lectio Divina: 21 Ħadd Matul Sena A”