Lectio Divina: 20 Ħadd Matul Sena A

Vanġelu: Ġesu jmur mad-dixxipli Tiegħu f’art pagana. Dan jagħmlu għax kien għadu kif kellu argument mal-Iskribi u l-Fariżej.  Dawn ilmentaw għax Ġesu kien iħalli l-Appostli ma josservawx it-tradizzjonijiet tagħhom.  Ġesu jgħajjarhom ipokriti, għax fil-waqt li jintilfu fl-irqaqat u r-regoli li vvintaw huma, jittraskuraw il-Kmandamenti. Per eżempju, kien obbligu li wieħed jieħu ħsieb il-ġenituri tiegħu.  Dawn ivvintaw kelma: korban, i.e. offerta qaddisa. Għalihom dil-offerta kienet teħlishom mill-obbligu lejn il-ġenituri. Wara dan l-argument jaħraq, l-Iskribi u l-Fariżej telqu.  Continue reading “Lectio Divina: 20 Ħadd Matul Sena A”