It-Tlieta, 5 ta’ Settembru 2017: Is-sit newsbook.com.mt irrapporta li Isqof Kattoliku qed joffri l-kenn lil madwar 2,000 Musulman fir-Repubblika tal-Afrika Ċentrali għax dawn qed jiġu ppersegwitati minn gruppi militanti Kristjani. Continue reading “Isqof Kattoliku jilqa’ 2,000 Musulman ippersegwitati minn militanti Kristjani”
Day: September 5, 2017
Tibżgħux tkunu dak li intom – L-Arċisqof J. Scicluna lill-iskejjel tal-Knisja
It-Tlieta, 5 ta’ Settembru 2017: L-Arċisqof jiltaqa’ mal-kapijiet tal-iskejjel tal-Knisja. Waqt laqgħa mal-kapijiet tal-iskejjel tal-Knisja, l-Arċisqof Charles J. Scicluna rringrazzjahom tad-dedikazzjoni tagħhom u ħeġġiġhom biex minkejja d-diffikultajiet kollha, ma jaqtgħux qalbhom u jkomplu bil-missjoni Nisranija li huma msejħa għaliha. Continue reading “Tibżgħux tkunu dak li intom – L-Arċisqof J. Scicluna lill-iskejjel tal-Knisja”
Il-Papa Franġisku: “Min-natura tiegħu, iż-żwieġ veru huwa biss bejn raġel u mara”.
It-Tlieta, 5 ta’ Settembru 2017: “Min-natura tiegħu stess, iż-żwieġ veru jista’ jkun biss bejn raġel u mara”, qal il-Papa Franġisku f’intervista twila li ta u li se tkun publikata għada fi ktieb ta’ 417-il paġna. “Din ma nistgħux nibdluha għax ġejja min-natura nfisha , mhix biss xi ħaġa tal-Knisja. Hija fl-istess ġrajja umana.” Continue reading “Il-Papa Franġisku: “Min-natura tiegħu, iż-żwieġ veru huwa biss bejn raġel u mara”.”
Nilqgħu fostna lin-Nunzju Appostoliku
It-Tlieta, 5 ta’ Settembru 2017. Ittra lill-Poplu ta’ Alla tal-E.T. Mons. Mario Grech Isqof ta’ Għawdex
Għeżież, Ftit ġimgħat ilu wasal f’pajjiżna n-Nunzju Appostoliku l-ġdid l-E.T. l-Arċisqof Mons. Alessandro D’Errico. Il-preżenza tan-Nunzju f’pajjiżna tgħinna nsaħħu r-rabtiet tagħna mal-Q.T. il-Papa Franġisku. Fi kliem il-Papa Franġisku, in-Nunzju Appostoliku huwa dak li jisma’ b’attenzjoni fejn tħabbat il-qalb tiegħu ta’ Ragħaj universali tal-Knisja, u jaħdem biex in-nifs tal-imħabba tal-Papa jasal fil-Knejjes kollha. Continue reading “Nilqgħu fostna lin-Nunzju Appostoliku”
Madre Tereża se tkun ddikjarata ko-patruna tal-Arċidjoċesi ta’ Kalkutta
It-Tlieta, 5 ta’ Settembru 2017: Sena wara l-Kanonizzazzjoni tagħha mill-Papa Franġisku, il-Qaddisa ta’ Madre Tereża se tkun dikjarata mill-Arċisqof ta’ Kalkutta bħala protettriċi tal-Arċidjoċesi. Iċ-ċeremonja se ssir għada l-Erbgħa, 6 ta’ Settembru waqt quddiesa li ser tkun ċelebrata fl-istess Katidral tar-Rużarju Mqaddes …
Aħjar Alla jiġborni!
Aktar ma nikber fiż-żmien u nitqawwa mid-daqs, (u proprju għalhekk li nibqa’ nitlob li lill-Mulej iqawwini fl-Ispirtu tiegħu), dejjem nibqa’ nirrepetieha. L-għaliex inqisha importanti u b’responsabbiltà enormi li naqsamha magħkom ħbieb: Kieku kull wieħed u waħda minna jqatta’ imqar ġurnata fl-Isptar u jara t-tbatijiet ta’ ħutna l-morda kieku nofs il-ksuħat li għandna aqta’ kif ineħħuhom!