Home > Rivista Pastor > ĦARSA PASTORALI LEJN IL-KREDU

ĦARSA PASTORALI LEJN IL-KREDU


L-Erbgħa, 13 ta’ Settembru 2017:  Dan l-artiklu kien publikat fir-Rivista Pastor ta’ Marzu-April 2001, 9-11.

ĦARSA PASTORALI LEJN IL-KREDU

Id-dommatika nisranija harget mill-fidi ta’ l-insara. Wara giet ifformulata b’mod preciz mill-Koncilji, il-Magisteru tal-Knisja kif ukoll mit-teologi.

Però jista’ jigri li d-dommi tal-Knisja tant ikkumplikaw ruhhom li l-poplu komuni jbati biex jifhimhom. Izda jekk immorru lejn l-gheruq ta’ l-Istorja tal-Knisja naraw li qabel il-maghmudija kien jintuza s-Simbolu jew il-Kredu. Dawn l-istqarrijiet ma kinux jigu bbazati fuq xi opinjoni ta’ teologu izda kienu jigbru l-fidi tal-Knisja kollha. Ghalhekk il-Knisja tal-bidu “riedet ukoll tigbor fil-qosor dak li hu essenzjali fil-fidi taghha, b’mod organiku u artikulat, l-aktar ghall-kandidati tal-Maghmudija” (Katekizmu tal-Knisja Kattolika. Parag. 186).

Infatti fid-dommatika nsibu diversi forom ta’ kif l-insara kienu jesprimu l-fidi taghhom. Fosthom insibu s-Simbolu ta’ l-Appostli, is-Simbolu “Quicumque” imsejjah Simbolu ta’ Sant’Atanasju, u stqarrijiet tal-fidi tal-Koncilji jew Papiet bhalma huma l-fidi ta’ Damasu (fides Damasi) jew il-Kredu tal-Poplu ta’ Alla ta’ Pawlu VI (1968).

Is-Simbolu ta’ l-Appostli huwa msejjah hekk ghax jesprimi l-fidi taghhom. Barra minn hekk huwa s-Simbolu battezimali tal-Knisja ta’ Ruma. Importanti hafna fil-katekezi huwa wkoll l-Kredu li nghidu fil-quddiesa ta’ nhar ta’ }add u l-festi kmandati. Dan jissejjah is-Simbolu ta’ Nicea-Kostantinopli, “li hu spiss aktar esplicitu u dettaljat” (Ibid. Parag. 196).

B’dan il-mod jidher car mill-Istorja tal-Knisja li l-katekumeni qabel ma kienu jitghammdu kienu jinghataw is-Simbolu. Hekk il-Kredu kien “gabra ta’ katekezi pre-battesimali” (Pierre-Thomas Camelot f”Sacramentum Mundi, p. 40).

Illum, ghalhekk, jinhass il-bzonn li l-adulti mhux biss ikunu jafuh bl-amment, ghalkemm il-katekezi trid tibda minn hawn, izda li jkunu jafu x’inhuma jghidu u x’implikazzjonijiet ghandu ghall-hajja ta’ kuljum.

Ikun zball kbir jekk il-poplu jahseb li l-Kredu huwa xi haga li tghallem fit-tfulija u li dan ma ghandu l-ebda konnessjoni mal-hajja ta’ kuljum. Ghalhekk l-operatur pastorali ghandu jistimula lil dawk li ghandu fil-kura tieghu biex “kull artiklu tal-fidi, jigi studjat u interjorizzat” (Blàzquez, Ricardo. Il-Komunitajiet Neokatekumenali. Malta (1989). p.53).

Izda jista’ jigri li l-operatur pastorali quddiem din l-isfida ma jkunx jaf x’se jaqbad jaghmel ghax jahseb li huwa difficli li jfiehem lill-poplu l-artikli tal-fidi. Però ma ghandux jaqta’ qalbu. Irid jiftakar li fil-Knisja tal-bidu, il-Kredu kien jigi mghallem, imfisser u interjorrizzat mill-Katekemuni.

Forsi l-ahjar Simbolu ghall-pastorali u katekezi huwa l-Kredu ta’ l-Appostli. Huwa car jitkellem b’mod semplici filwaqt li ghandu stil car u ghalhekk wiehed ma jsibux difficli li jitghallmu anki bl-amment. Izda jkun zball ta’ tattika jekk nippruvaw nghallmu l-Kredu qisu xi tnax-il parti li jfakkarna fl-Appostli, izda li l-artikli ma ghandhom l-ebda relazzjoni ma’ xulxin.

Infatti s-Simbolu jista’ jigi simplifikat li jkun jixbah lill-keryma (it-thabbira) tal-Knisja tal-bidu. Hekk fil-Kredu nistqarru l-fidi taghna f’Alla wiehed fi tliet persuni li huma l-Missier, Iben u l-Ispirtu s-Santu. Il-Kredu jaghmel enfasi li Sidna Ġesù Kristu gie imnissel fil-guf ta’ Marija permezz tal-hidma ta’ l-Ispirtu s-Santu. Huwa bata l-passjoni taht Ponzju Pilatu, miet u difnuh. Izda fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet u tala’ fis-smewwiet fejn qieghed n-naha tal-lemin tal-Missier. Il-Kredu jhares wkoll lejn il-hajja prezenti: qeghdin nghixu fil-Knisja, hemm ix-Xirka tal-Qaddisin, meta nidinbu hemm il-mahfra. Insibu wkoll l-affermazzjoni ta’ tama fil-qawmien mill-mewt, li Kristu ghandu jigi biex jaghmel haqq ghall-hajjin u l-mejtin filwaqt li hemm il-hajja ta’ dejjem.

Huwa veru li dan il-Kredu huwa semplici hafna izda ghandu l-fundament tal-fidi nisranija kollha kemm hija. Ghalhekk l-operaturi pastorali fil-katekezi taghhom filwaqt li juzaw il-Kredu ta’ l-Appostli bhala l-bazi tal-katekizmu ghandhom wkoll jaghmlu riferenza ghall-Kredu ta’ Nicea u Kostantinopli. B’dan il-mod il-poplu jibda jifhem li l-Kredu li nghidu fil-Quddiesa huwa stqarrija ta’ fidi taghna l-insara. Barra minn hekk dan il-Kredu,  frott taz-zewg Koncilji tal-Knisja tal-bidu, jispjega aktar fid-dettall il-Kredu ta’ l-Appostli.

Hekk l-operatur pastorali ghandu jnissel fil-poplu dawn il-konvinzjonijiet li huma s-sinsla tal-fidi nisranija … Il-fidi f’Alla fi tliet persuni, fidi f’Sidna Ġesù Kristu li sar bniedem bhalna, tant li bata l-passjoni, miet verament, izda qam fit-tielet jum filwaqt li nemmnu fil-Knisja u l-hajja ta’ dejjem.

Forsi jidhru punti semplici izda jidher hawn Malta, jekk nisimghu dak li jinghad fil-medja, hawn konfuzjoni ta’ ideat fejn tidhol il-fidi nisranija.

Il-mentalità moderna hija ffurmata fuq dak li qal il-filosofu Descartes Cogito, Ergo Sum li jfisser ‘Jien nahseb ghalhekk nezisti’. Ghalhekk l-implikazzjonijiet ta’ din it-teorija hija li wiehed ma jarax ir-realtà oggettiva, izda dak li jahseb huwa r-realtà. Mentalità bhal din taghmel bosta hsara ghax il-bniedem ma jibqax dispost li jilqa’ dak li huwa oggettiv izda jaqa’ fis-suggettevizmu.

B’dan il-mod l-edukazzjoni ghall-fidi nisranija permezz tal-Kredu tkun impuls ta’ edukazzjoni lejn il-valuri li huma oggettivi. Jekk il-bniedem modern li qieghed jghix f’dinja materjalista, sekularizzata u post-moderna, jekk jilqa’ l-fidi u l-morali kif tghallimhom l-Knisja minghajr ebda eccezzjoni jew riserva, ikun ghamel pass  ’il quddiem.

Santu Wistin fil-Ktieb tieghu l-Istqarrijiet jirrakonta fuq il-konverzjoni tal-filosofu pagan Vittorinu “Tul hafna snin ix-xwejjah Vittorinu kien iwewer lil kulhadd bil-kliem qawwi li bih kien jiddefendihom, izda mbaghad ma stahax isir tfajjel ta’ Kristu  tieghek u tarbija fil-ghajn ta’ ilma tieghek; medd ghonqu taht il-madmad ta’ l-umilta’ u baxxa rasu ghall-ghajb tas-salib” (Santu Wistin, L-Istqarrijiet 8,2).

Hekk l-operaturi pastorali ghandhom jaghmlu enfasi fuq l-umiltà bhalha d-dispozizzjoni li biha wiehed jilqa’ l-fidi. Flimkien ma’ l-umiltà hemm bzonn li l-operaturi pastorali jedukaw lill-poplu kollu biex ma jisthix jistqarr il-fidi tieghu quddiem kollha li jigi f’kuntatt maghhom. Infatti Santu Wistin jghidilna li meta f’Ruma kienet issir l-istqarrija tal-fidi  din kienet tkun wahda pubblika “bi kliem li jkunu tghallmuh bl-amment” (Ibid). Dan l-istess Vittorinu li kien jaghallem ir-rettorika flok stqarr il-fidi tieghu fil-privat kif issuggerewlu ‘’ghazel li jistqarr is-salvazzjoni quddiem il-gemgha mqaddsa” (Ibid).

Però l-istqarrija tal-fidi ghandha “tintema b’dan it-twemmin. Tissopponih, tinegrah u twahhdu mal-karattru personali” (De Lubac Henri, La Fè Cristiana, Madrid 1970, p.151) “Il-fidi nisranija m’hix semplici tistrieh f’Alla jew att ta’ fiducja fih minghajr ma’ wiehed jaccetta l-istorja tas-salvazzjoni mistqarra fil-Kredu” (Blàsquez, Ricardo. Il-komunitajiet Neokatekumenali. Malta (1989) p.74).

Hekk il-mira ta’ l-operaturi pastorali ghandha tkun li kull nisrani ‘jaghraf hu nnifsu kif l-fidi tidhol f’hajtu” (Ibid. p. 53).

Ta’ min jinnota li l-Kredu ma jsemmix l-Ewkaristija li hija l-punt ta’ riferiment ghall-Knisja kollha. Però l-operaturi pastorali ghandhom wkoll ifissru s-sitwazzjoni u z-zmien ta’ meta gew ifformulati s-Simboli. Fi zmien il- Knisja primittiva l-Kredu kien  maghmul bhala katekezi ghall-katekumeni li mbaghad dawn kienu jigu mqarbna fil-maghmudija taghhom.

Barra minn hekk l-operatur pastorali meta jinqeda bil-Kredu fil-pastorali u l-katekezi tieghu jkun jeduka aktar biex wiehed jintegra ruhu fil-Knisja “Ix-xirka fil-fidi tehtieg diskors komuni dwar il-fidi, diskors li jkun regola ghal kulhadd u jghaqqad lil kulhadd fl-istess stqarrija tal-fidi” (Katekizmu tal-Knisja Kattolika, Parag.185).

Hekk bil-mod, meta juza l-Kredu, l-operatur pastorali jkun iressaq lill- poplu lejn il-Knisja, lejn il-verità u lejn l-oggettività.

 

BIBLIOGRAFIJA

Forte Bruno, Introduzzjoni Qasira Għall-Fidi, Malta 1997.

Ratzinger Joseph, Principles of Catholic Theology, San Francisco 1989.

Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, Malta 1993.

Barbaglio Giuseppe, Dianich Severino, Nuovo Dizionario di Teologia. Torino 1988.

 

 

 

 

Categories: Rivista Pastor
  1. Victor
    September 14, 2017 at 6:44 pm

    Paci maghkom, huwa mportanti li dawn l-affarijiet nkunu nafuhom, ghalkemm jinstabu fil-Katekizmu tal Knisja. Prosit

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: