Home > Avviżi > Laqgħat dwar parroċċa ċellulari

Laqgħat dwar parroċċa ċellulari


It-Tnejn, 18 ta’ Settembru 2017, bejn id-9.00 am u l-10.30 am  ser issir laqgħa minn P. Juarez Dalan CSI (Ġużeppini tal-Murialdo) mal-Kappillani/Arċiprieti u Retturi ta’ Knejjes f’Għawdex, fiċ-Ċentru Pastorali taċ-Ċawla.  L-istedina waslet għand l-Isqof Mario Grech minn għand Fr. Paul Fenech.

It-tema se tkun dwar Katekeżi għall-adulti u tista’ tkun okkażjoni biex wieħed ikun jista’ jittrasforma l-parroċċa f’waħda ċellulari permezz ta’ programm ta’ Sena ta’ Tranżizzjoni minn komunità konvenzjonali, li ddur madwar il-programmi u l-attivitajiet, għal waħda mibnija fuq il-formazzjoni tal-persuni bħala dixxipli missjunarji; u għalhekk fi knisja li ttir b’żewġ ġwienaħ, mhux biss b’dak tal-massa fil-quddiesa tal-Ħadd, imma wkoll b’dak tal-gruppi żgħar – ċelloli – li jiltaqgħu fid-djar madwar il-Kelma ta’ Alla.

L-istess laqgħa ser issir Malta, l-għada t-Tlieta, 19 ta’ Settembru.

Mons. Ġużepp Attard.  Vigarju Episkopali għall-Katekesi tal-Adulti

Categories: Avviżi
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: