ĦARSA PASTORALI  LEJN L-ESKATOLOGIJA


Il-Ħamis, 11 ta’ Settembru 2017:  Dan l-artiklu kien publikat fir-Rivista Pastor ta’ Mejju-Ġunju 2001, 8-10.

ĦARSA PASTORALI  LEJN L-ESKATOLOGIJA

Ir-rejaltajiet eskatologiċi li jmissu lill-bniedem b’mod personali għadhom l-istess: jiġifieri mewt, ġudizzju, ġenna jew infern. Mhux huma nbidlu iżda l-lingwaġġ li nużaw biex niddeskrivuhom, billi s-sitwazzjoni li jgħix fiha l-bniedem inbidlet radikalment.

Qabel il-Konċilju, l-predikaturi kienu jagħmlu ħafna enfasi fuq l-eskatoloġija. Huma kienu jippriedkaw b’ċerta ħerqa r-realtà tal-mewt, ġudizzju, infern u ġenna. Tant kienu jagħmlu enfasi fuq l-eskatoloġija li kienu jġibu lill bniedem konxju ta’ x’hemm jistennieh wara l-mewt. Infatti “il-predikaturi kienu jafu jitkellmu dwarhom b’mod effikaċi u suġġestiv. Kemm nies ikkonvertew u marru jqerru wara dawn il-priedki u l-meditazzjonijiet fuq l-aħħar ħwejjeġ”.1

Infatti nkunu niżbaljaw jekk illum, influwenzati mill-ideat ta’ soċjetà postmoderna, niġġudikaw ħażin dawn it-tip ta’ priedki. “Nistgħu ngħidu li dawn il-priedki, li jaqblu perfettament ma’ dak kollu li hemm fir-rivelazzjoni tat-Testment il-Qadim u tat-Testment il-Ġdid, kienu jidħlu fil-qiegħ nett ta’ l-intimità tal-bniedem. Kienu jqanqlulu l-kuxjenza, iniżżluh għarkobbtejh, iwassluh għall-konfessjunarju; kellhom insomma ħidma ta’ salvazzjoni tassew għolja”.2

Iżda llum ftit baqa’ li għadhom jkellmu b’qawwa fuq ir-rejaltajiet eskatoloġiċi. Infatti fil-ktieb  “Immorru ’l hemm mill-għatba tat-tama” il-ġurnalista Vittorio Messori jagħmel din il-mistoqsija lill-Papa “Għaliex tant nies tal-Knisja dejjem sejrin dwar dak li hu ta’ issa, u tista’ tgħid qatt ma jkellmuna dwar l-eternità, dwar dik l-għaqda definittiva ma’ Alla, li fl-aħħar mill-aħħar, jekk noqogħdu għal dak li tgħidilna l-fidi, hu l-vokazzjoni, id-destin, l-għan finali tal-bniedem?”.3

Infatti l-Papa jwieġeb din il-mistoqsija b’mod mill-aktar profond. Huwa jafferma li l-Konċilju għamel bidla minn eskatoloġija individwali għall-waħda kosmika. Filwaqt li dik ta’ qabel il-Konċilju kienet waħda personalistika dik tal-Konċilju għandha dimensjoni kosmika.

Għalhekk filwaqt li nammettu li l-eskatologija pre-Konċiljari kellha ħafna tajjeb u iffurmat qaddisin, tajjeb li nkunu nafu fiex tikkonsisti l-eskatoloġija ‘ġdida’.

Il-Konċilju Vatikan II jissotolineja dawn il-punti:

–Il-Knisja li lilha nappartjenu m’għandhiex tmiem jekk mhux fil-glorja ta’ dejjem (ara Atti, 3,2);

–id-dinja billi hi marbuta intimament mal-bniedem, tasal ukoll għall-għan tagħha billi tiġġedded fi Kristu;

–Kristu qiegħed kontinwament jaħdem biex iġib lejh il-bnedmin permezz ta’ l-Ispirtu s-Santu;

–Il-Konċilju jagħmel enfasi fuq l-Ewkaristija bħala ikla eskatoloġika, jiġifieri ikel li permezz tiegħu niksbu l-qawmien mill-imwiet;

–it-tiġdid imwiegħed beda fi Kristu, kompla bl-inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli u qiegħed ikompli fil-Knisja;

–dan it-tiġdid b’ċertu mod digà qiegħed jinħass fid-dinja; il-Knisja pellegrina mżejna bi qdusija tassew, anke jekk hija imperfetta fil-membri tagħha.

 

Għalhekk l-operatur pastorali filwaqt li għandu jikkonvinċi ruħu li l-Eskatoloġija baqgħalha post fil-katekeżi u l-pastorali, jrid jifhem li ż-żmenijiet tbiddlu u forsi dak li kien jimpressjona fl-antik illum ma tantx jagħmel sens. Hekk il-problema hija kollha kemm  hi waħda ta’ lingwaġġ. Jekk lill-poplu sejrin inkellmuh b’mod li jifhem, allura l-katekeżi u pastorali se jħallu frott.

Illum qegħdin ngħixu f’soċjeta sekularizzata, teknoloġika u post-moderna. Il-bniedem fis-seklu għoxrin ra b’għajnejh is-sekularizzazzjoni u l-materjaliżmu filwaqt li esperjenza serje ta’ infernijiet li l-bniedem ġab f’idejh stess. Il-gwerer, il-kampijiet ta’ konċentrament, il-gulags kif wkoll l-istess diżastri naturali jistgħu jġiegħlu lill-bniedem tal-lum li jemmen li l-infern huwa f’din id-dinja stess.

Għalhekk il-katekisti u l-operaturi pastorali jridu jużaw lingwaġġ li huwa rilevanti għall-bniedem tal-lum. Dan huwa possibbli filwaqt li ma jiġi traskurat l-ebda punt mid-duttrina nisranija.

It-trattati Dommatiċi dejjem jibdew mill-mewt bħala l-bidu ta’ l-eskatoloġija. Meta l-operaturi pastorali jiġu biex jittrattaw dan is-suġġett jridu jżommu f’moħhom li s-soċjetà moderna qegħda tnessi din ir-rejaltà lill bniedem. Filwaqt li fl-imgħoddi mhux imbiegħed, ħafna persuni kienu jmutu d-dar, imdawra bil-familjari tagħhom, illum il-mewt ħadet sura ta’ kwistjoni teknika fl-isptarjiet. L-enfasi fuq il-mewt irid ikun pożittiv. “Hekk il-mewt għan-nisrani li jimxi wara Kristu, issir il-mezz għall-fidwa tiegħu”.4 Kif Kristu rebaħ il-mewt permezz tal-mewt u l-qawmien tiegħu, hekk wkoll in-nisrani jekk jimxi wara Kristu bis-serjetà, il-mewt issir okkażżjoni ta’ twelid ġdid fi Kristu. Il-katekekisti u l-operaturi pastorali jistgħu jagħmlu enfasi li niċċelebraw il-festi tal-qaddisin fil-mewt tagħhom. Hekk għan-nisrani li qiegħed jgħix il-fidi tiegħu bis-serjetà, il-mewt mhux talli ma għandhiex tbeżżgħu iżda hija d-dħul tiegħu fis-saltna ta’ dejjem.

Rigward l-infern, l-operaturi pastorali u l-katekisti għandhom joqogħdu ħafna attenti. Fil-fatt wieħed ma jridx ibeżża bih. Infatti l-ewwel għandha issir ix-xandira tal-ħniena ta’ Alla li jrid li l-bnedmin kollha jsalvaw. Tant huwa ħanin u li ma jridx l-mewt tal-midneb li bagħat lill-Ibnu fid-dinja biex ixandar il-ħniena t’Alla. Ir-realtà ta’ l-infern hija terribbli  mhux biex il-bniedem jibża’ iżda hija stedina pożittiva biex il-huwa  jagħti prijorità lill-messaġġ ta’ Alla.

Fuq il-katekeżi fuq l-Infern, l-operaturi pastorali jridu joqgħodu attenti li bla ma jafu jagħtu idea ħażina ta’ Alla. Infatti l-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika jqassar it-tagħlim fuq dan is-suġġett “ Il-mewt bid-dnub il-mejjet  ta’ wieħed li ma nidimx u ma laqax l-imħabba kollha ħniena ta’ Alla, tfisser li dan se jibqa’ mifrud minn Alla b’għażla ħielsa tiegħu. Hu dan l-istat ta’ min minn rajh jinqata’ darba għal dejjem mill-għaqda ma’ Alla u mal-beati, li nsejħu “infern”.5

Fil-katekeżi u l-pastorali jkun ta’ frott kbir jekk isir spjegazzjoni b’mod ġdid tal-Purgatorju. Il-Papa preżenti dejjem fil-ktieb ta’ Messori, jgħid li l-konvinzjonijiet tiegħu fuq il-purgatorju ħadhom mill-Bolla ta’ Benedittu XII u mill-kitbiet ta’ San Ġwann tas-Salib. Hekk il-purgatorju huwa stat ta’ tisfija progressiva fejn il-bniedem jinduna bin-nuqqasijiet tiegħu, iħoss in-nuqqas t’Alla u jumilja ruħu.

B’dan il-mod aktar ma l-operaturi pastorali u l-katekisti  jinkorporaw l-eskatoloġija personali ma’ dik kosmika, aktar jkunu qegħdin jimxu mas-sinjali taż-żmenijiet . “Illum il-Knisja, aktar minn hekk, qed tifhem il-ħtieġa li lill-bniedem modern tħabbarlu li t-tiġdid ta’ kollox huwa possibbli”6.

Hekk l-operaturi pastorali kif ukoll l-katekisti aktar ma jaġġornaw ruħhom bit-tagħlim tal-Knisja, aktar il-ħidma tag

 RIFERENZI

1.Ġwanni Pawlu II. Immorru ’l hemm mill-għatba tat-tama p.119.

2.Ibid.

3.Ibid p.118.

  1. Hervé-Jean Nicolas, Dalla Trinità alla Trinità, p.762.
  2. Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, parag.1033
  3. Eminyan Maurice, Eskatoloġija, p.5

 

 

BIBLIOGRAFIJA

 

Forte Bruno, Introduzzjoni qasira għall-fidi, Malta 1997.

Id-Dokumenti tal-Konċilju Ekumeniku Vatikan II, Edizzjoni Studia 1982.

Auer Johann-Ratzinger Joseph, Escatologia (Piccola Dogmatica Cattolica), Assisi 1996.

Gozzelino Giorgio, Lineamenti di Escatologia, Torino 1992.

Barbaglio,Giuseppe, Dianich, Severino, Nuovo Dizionario di Teologia. Torino 1988.

Mysterium Salutis, Il tempo intermedio e il compinmento della storia della salvezza, Vol. 11 Brescia 1978.

The collected works of St.John of the Cross, Washington D.C. 1979.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.