Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Riflessjoni dwar is-Salib ta’ Kristu

Riflessjoni dwar is-Salib ta’ Kristu


Il-Ħamis, 14 ta’ Settembru 2017. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Il-Papa Franġisku dalgħodu reġa’ kompla jiċċelebra l-quddies mid-Dar Santa Marta wara l-waqfa għas-sajf. Fil-Festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib, fl-omelija l-Papa jwissi kontra ż-żewġ tentazzjonijiet spiritwali quddiem is-Salib ta’ Kristu: minn naħa hemm min jaħseb dwar Kristu mingħajr salib, jiġifieri Kristu jsir għalih mgħallem spiritwali, u minn naħa oħra hemm min jaħseb dwar salib mingħajr Kristu, jiġifieri li wieħed jitlef it-tama.

 

Il-qofol tar-riflessjoni tal-Papa kien il-misteru tal-imħabba magħmul mis-Salib. Il-liturġija xxebbaħ is-salib ma’ siġra, nobbli u fidila. Il-Papa qal li mhux dejjem faċli li wieħed jifhem is-salib u huwa biss bil-kontemplazzjoni li nistgħu nimxu ‘l quddiem f’dan il-misteru ta’ mħabba. U Ġesù dan spjegah lil Nikodemu bl-użu tal-kliem ‘tlugħ’ u ‘nżul’. Ġesù niżel mis-sema biex iwassal lilna lkoll biex nitilgħu fis-sema. Fl-ewwel qari minn San Pawl naqraw li Kristu ċċekken u obda sal-mewt tas-salib.

Dan kollu mhux faċli, żied jgħid il-Papa, għaliex dejjem ikun hemm tentazzjonijiet li nqisu nofs wieħed iżda mhux l-ieħor. Tant hu hekk li San Pawl kellu kliem iebes għall-Galatin ‘meta ċedew għat-tentazzjoni li ma jidħlux fil-misteru tal-imħabba imma jispjegawh.’ Hekk kif is-serp kien daħak b’Eva u fid-deżert kien ivvelena lill-Iżraelin, hekk huma ntilfu fl-illużjoni ta’ Kristu mingħajr salib jew ta’ salib mingħajr Kristu.

Kristu mingħajr is-salib mhuwiex il-Mulej iżda sempliċi mgħallem u xejn iżjed.

U t-tentazzjoni l-oħra hija ta’ salib mingħajr Kristu, l-ansjetà li wieħed jibqa’ dejjem ‘l isfel magħfus taħt il-piż tad-dnub, bla tama. Iżda salib mingħajr Kristu huwa misteru ta’ traġedja għaliex is-salib huwa misteru ta’ mħabba, is-salib huwa fidil u nobbli. Illum il-Papa ħeġġiġna biex nirriflettu għal ftit ħin dwar jekk għalina Kristu msallab huwiex misteru ta’ mħabba; jekk aħna nimxux wara Ġesù mingħajr salib jew jekk nimxux wara salib mingħajr Kristu.

Il-Papa temm billi awgura li l-Mulej jagħtina l-grazzja mhux li nifhmu iżda li nidħlu f’dan il-misteru ta’ mħabba u mbagħad bil-qalb, bil-moħħ, bil-ġisem nifhmu xi ftit.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: