Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Nikkontemplaw lil Madonna taħt is-salib

Nikkontemplaw lil Madonna taħt is-salib


Il-Ġimgħa 15 ta’ Settembru 2017. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Marija taħt is-salib hi ikona li għandna nikkuntemplawha: m’hemmx bżonn ta’ ħafna kliem biex nifhmu l-essenza tax-xhieda ta’ “mara” li hi “ommna lkoll”.  Hekk afferma l-Papa Franġsiku fl-omelija fid-Dar Santa Marta, il-Ġimgħa 15 ta’ Settembru, fit-tifkira tal-Beata Marija Verġni Addolorata.

 

Dal-pass tal-Evanġelju meħud minn San Ġwann, kapitlu 19, versi 25 sa 27, hu aktar addattat biex nikkuntemplawh milli biex nirriflettu dwaru, qal Franġisku.  Il-liturġija tal-ġurnata tippreżentalna lil Marija taħt is-salib ta’ Binha Ġesù.

Aħna għandna nikkuntemplaw lil Omm Ġesù, nikkuntemplaw dan is-sinjal ta’ kuntradizzjoni, għax Ġesù huwa rebbieħ, imma fuq is-salib.  U dan, żied jgħid il-Papa, huwa kuntradizzjoni li ma tinftiehemx; biex nifhmuha jew tal-anqas biex nersqu lejn dal-misteru, neħtieġu l-fidi.

U Omm Alla kienet taf, afferma l-Papa, għax għexet ħajjitha kollha b’qalbha minfuda b’dak li kien qalilha Xmun.  U kienet issegwi lil Ġesù u tisma’ kliemu waqt li n-nies tgħid: kemm hu kbir!, imma dan ġej minn Alla!  Jew tisma ‘l min jgħid: dan le, dan mhux veru jemmen.  Marija kienet tisma’ kollox kull kelma favur jew kontra Ġesù.

Wara kollox, fakkar Franġisku, kienet dejjem timxi wara Binha u għalhekk ngħidu li Hi kienet l-ewwel dixxiplu.  U dejjem għexet bis-sinjal f’qalbha, bil-preokkupazzjoni li kien iqanqal fiha das-sinjal ta’ kuntradizzjoni.  Dejjem, insista l-Papa, sal-aħħar, sa hemmhekk, f’riġlejn is-salib, tħares lejn Binha.

U forsi hi semgħet ukoll il-kummenti: Ara dik omm wieħed mit-tlett delinkwenti.  Imma hi baqgħet siekta, ma ċaħditx lil Binha, imma tat wiċċha għalih.

Dan li qed ngħid issa, stqarr il-Papa, huwa ftit kliem biex ngħinkom tikkuntemplaw fis-skiet dal-misteru.  Dak il-ħin hi welldet lilna lkoll, welldet lill-Knisja.

Il-Papa tenna kliem l-evanġelista Ġwanni u nnota li Ġesù jsejjaħ lil ommu “mara” u jgħidilha “hawn hu ibnek!”  Iva, Ġesù ma jgħidx “ma”, jgħid “mara”.  Marija hi mara qawwija, kuraġġuża: mara li kienet hemmhekk biex tgħid “dan hu Ibni u jien mhux se niċħdu!”

Għalhekk, biex itemm ir-riflessjoni tiegħu, il-Papa stieden lil dawk preżenti biex fis-skiet, jikkuntemplaw, iħarsu:  Jalla jkun l-Ispirtu s-Santu, qalilhom, li jnebbaħ lil kull wieħed u waħda minna b’dak li aħna neħtieġu.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: