Home > Rivista Pastor > IL-MASS MEDIA, Il-LINGWAGG U L-KOMMUNIKAZZJONI FIL-PARROĊĊA BHALA RIFLESS TAT-TRINITÀ

IL-MASS MEDIA, Il-LINGWAGG U L-KOMMUNIKAZZJONI FIL-PARROĊĊA BHALA RIFLESS TAT-TRINITÀ


Is-Sibt, 16 ta’ Settembru 2017:  Dan l-artiklu kien publikat fir-Rivista Pastor ta’ Novembru-Diċembru 2000, 13-15.

IL-MASS MEDIA, Il-LINGWAGG U L-KOMMUNIKAZZJONI FIL-PARROĊĊA BĦALA RIFLESS TAT-TRINITÀ

Fil-hajja ta’ kuljum naraw ghadejja kommunikazzjoni tal-ghageb bejn il-bnedmin. Din il-kommunikazzjoni issir b’diversi modi: permezz tal-kelma miktuba jew mitkellma, jew b’metodi awdjovizivi bhal radju, television, video jew cinema.

“Fi hdan is-socjetà ta’ llum, il-mezzi tal-kommunikazzjoni socjali ghandhom sehem mill-aqwa fix-xandir ta’ l-informazzjoni, fil-promozzjoni tal-kultura u fil-formazzjoni. Din il-hidma tikber aktar ma jimxi ’l quddiem il-progress tekniku, aktar ma jizdied u jkun varjat it-taghrif li jigi trasmess, aktar ma tigi influwenzata l-fehma tan-nies u l-opinjoni pubblika” (Katekizmu tal-Knisja Kattolika Nru.2493). Però ta’ sikwit dawn il-mezzi jintuzaw hazin. Ghalhekk il-Koncilju Vatikan II jafferma b’mod car “Il-Knisja Omm taf li dawn l-istrumenti, jekk jithaddmu tajjeb jistghu joffru lill-bnedmin ghajnuniet ta’ siwi ghaliex jaghtu sehem kbir sabiex iserrhu u jaghnu l-ispirtu, u biex jifirxu u jsahhu s-saltna ta’ Alla; taf ukoll li l-bnedmin jistghu jhaddmuhom kontra l-pjan tal-hallieq u jdawruhom ghall-hsara taghhom infushom; anzi l-qalb taghha ta’ Omm hi mnikkta htija tal-hsarat li garrbet sikwit l-umanità bl-uzu hazin taghhom” (Inter Mirifica Nru.2).

Il-bniedem juza l-lingwagg mhux biss permezz tal-mass media li llum tinkludi l-internet, izda wkoll bil-kelma fil-familja, fil-postijiet tad-divertiment kif wkoll fuq ix-xoghol. Nistghu nghidu li l-lingwagg huwa don moghti lill-bniedem minn Alla bhala grazzja tal-holqien.

Ghalhekk jehtieg li napprezzaw iktar il-valur tal-lingwagg u tal-mass media billi naraw li f’Alla fih innifsu u barra minnu nnifsu tezisti kommunikazzjoni ta’ mhabba mill-aktar kbira. Il-misteru tat-Trinità huwa li f’Alla hemm tliet persuni maghzula u distinti minn xulxin. Alla il-Missier jaghraf sa mill-eternità lilu nnifsu u permezz ta’ l-intellett tieghu jiggenera lill-Iben. Ghalhekk l-Iben huwa msejjah il-Verb. Kif’kull sentenza hemm il-verb fiha u konsegwentament ifisser komunikazzjoni, hekk wkoll l-Iben huwa l-kommunikazzjoni tal-Missier. Ghalhekk “l-isem tal-Kelma (jew Verb) f’Alla, jekk mehuda fis-sens proprju taghha, hija isem personali, u bl-ebda mod ma hija isem essenzjali” (Summa Theologia Q. 34 1). Il-Missier u l-Iben jhobbu lil xulxin u minn din l-imhabba jipprocedi l-Ispirtu s-Santu. Ghalhekk, filwaqt li l-isem ta’ l-Iben huwa Verb jew Kelma hekk l-Imhabba “jekk jittiehed personalment huwa l-isem proprju tal-Ispirtu s-Santu” (Summa Theologia  Q.37 1). Ghalhekk ir-relazzjonijiet Trinitarji juruna li hemm lingwagg ta’ mhabba. Dan ghandu jservina ta’ ideal nisrani ta’ kif ghandu jsir il-lingwagg kemm fil-kelma mithaddta kif wkoll fil-mass media. “Kull kommunikazzjoni trid tkun aperta ghall-kommunità, u l-partijiet kollha li se jikkommunikaw iridu jissottomettu ruhhom ghall-verità.  Hemm responsabiltajiet kemm f’dawk li se jircievu l-kommunikazzjoni kif wkoll min se jittrassmettiha. Il-verità hija obbligazzjoni f’kull kommunikazzjoni. Meta ma hijiex trasmessa permezz ta’ l-imhabba hija hazina ghaliex iggib fil-periklu l-ghaqda” (Grizez Germain Gabriel. The Way of the Lord Jesus. Living a Christian Life. Vol 2, Illinois(1993) p.379).  Hekk in-nisrani jara fit-Trinità l-oghla livell ta’ komunikazzjoni li huwa possibbli u ma jkunx jizbalja jekk jipprova jimitah. Infatti kull verità tal-fidi nisranija ma hijiex xi wahda astratta izda ghandha messagg spiritwali ghall bnedmin ta’ kull zmien. “Hekk fil-krejaturi kollha hemm misjuba t-tracci tat-Trinità” (Summa Theologia Q.45 7). L-argument ta’ San Tumas D’Aquino huwa car. Kif il-holqien gie ikkawzat mit-Trinità, hekk huwa jgorr fih l-effetti ta’ min halqu.

Kif fit-Trinità hemm l-oghla lingwagg ta’ imhabba u verità, fil-holqien insibu dan l-effett jew tracca. Però ta’ min jghid li biex ihallu l-frott l-mezzi tal-kommunikazzjoni socjali jridu jirrispettaw il-verità “Fid-digriet fuq l-istrumenti tal-kommunikazzjoni socjali Inter Mirifica, mahrug mill-Koncilju Vatikan II u fl-istruzzjoni pastorali Communio et progressio, ippubblikata mill-Kummissjoni Pontificja ghall-istrumenti tal-komunikazzjoni socjali (23.5.71), il-Knisja rat u rrikonnoxxiet il-vantaggi kbar u l-possibiltajiet ghall-progress ta’ l-umanità, li l-mass media iggib. Jekk il-mezzi moderni ta’ trasport gabu fix-xejn id-distanzi  fizici tal-bnedmin, hekk il-mezzi moderni ta’ komunikazzjoni socjali jaghtuna l-possibilità li nersqu lejn xulxin spiritwalment. Dawn il-mezzi li bihom nimxu ’l-quddiem fit-triq tal-verità. Il-kommunikazzjonijiet li gejjin kontinwament mid-dinja kollha jippermettulna li naraw il-bzonnijiet ta’ l-ohrajn. Il-mass media ghandha l-qawwa li tibni f’kommunità. Hawnhekk il-bnedmin ghandhom l-okkazzjoni biex jkunu jafu lil xulxin u jistghu juru l-ideat proprji kif wkoll l-aspirazzjonijiet”  (Günthör Anselm. Chiamata e Risposta, Cinisello Balsamo (1988) Vol.III p.245). Meta nkunu nitkellmu fuq l-lingwagg l-operaturi pastorali jridu jzommu f’mohhom li huma qeghdin jikkomunikaw kemm b’mod verbali kif wkoll non verbali. Però ta’ min izomm f’mohhu li,  ghalkemm it-taghlim Dommatiku tal-Knisja ma huwiex ta’ natura relattiva, madankollu min ikun qieghed jittrassmetti l-messagg nisrani jrid joqghod attent ghall-udjenza li ghandu quddiemu kif wkoll taz-zmenijiet postmoderni li fihom qeghdin nghixu.

Meta l-operatur pastorali ikun qieghed jinzel ghall-mentalità tas-semmiegha tieghu filwaqt li jipprova jsib lingwagg li permezz tieghu l-messagg nisrani jsir aktar effettiv, ikun qieghed jimxi fuq l-ezempju ta’ Kristu li sar bniedem bhalna f’kollox barra d-dnub.

Infatti, jekk inharsu lejn ir-relazzjonijiet Trinitarji insibu lingwagg ta’ Imhabba. Hekk wkoll fl-inkarnazzjoni nsibu li Alla ikkommunika maghna permezz tal-Verb. “Fil-bidu kien il-Verb, il-Verb kien ma’ Alla u l-Verb kien Alla. Hu kien fil-bidu ma’ Alla.” (Gw. 1,1).

Hekk l-inkarnazzjoni ta’ Kristu taghti sinjifikat qawwi lil-lingwagg “ Kristu  huwa dak il-persuna li jikkommunika perfettament. Jirrealizza fih l-kommunikazzjoni l-aktar gholja. Fl-inkarnazzjoni, meta assuma in-natura taghna, iwettaq l-aktar ghaqda intima bejn Alla u l-umanità” (Rossi Leandro,Valsecchi Ambrogio. Dizionario Enciclopedico di Teologia Morale, Roma (1973) p. 123).

Il-Liturgija hija wkoll mezz ta’ kommunikazzjoni bejn il-komunità li tinghaqad titlob kif wkoll ma’ Alla. Huwa Kristu li jghaqqadna b’mod non verbali specjalment waqt l-Ewkaristija. “Fl-Ewkaristija issir ghaqda ezistenzjali bejnu u bejn il-bnedmin u l-bnedmin li jircevuh mieghu u bejniethom. Bhala Mulej huwa energija kontinwa u dejjiema bejn Alla u dawk li jemmnu,  u fil-kommunità ekklesjali, jaghti l-hajja lil ghaqda ta’ dawk li jemmnu” (Ibid p.123).

Jekk irridu li jkun hemm kommunikazzjoni fil-parrocci taghna, irridu nibnu l-ghaqda taghna madwar l-Ewkaristija. Hija tghaqqaddna b’mod perfett ma’ xulxin kif Kristu ghaqqad  ’l Alla ma’ l-umanità permezz tal-Inkarnazzjoni.

Rajna li fit-Trinità hemm lingwagg ta’ imhabba. Ghalhekk meta l-kommunikazzjoni ma ssirx bl-imhabba anki jekk tkun qieghda tghid il-verità ma tantx tista’ thalli frott. Dan ighodd ghall-dawk li jwasslu l-kelma t’Alla. Jekk l-operatur pastorali ma jkunx qieghed ikellem l-udjenza tieghu bl-imhabba, ma jkunx qieghed jikkommunika b’mod perfett. Ir-raguni hija li l-messagg nisrani ma huwiex qisu xi kontenut xjentifiku jew matematiku izda li kapaci jinfed il-qalb tas-semmiegha b’mod li jbiddlu hajjithom u jpoggu lil Kristu fic-centru ta’ qalbhom.

Barra minn hekk il-mudell ta’ l-imhabba Trinitarja u l-Inkarnazzjoni jhegguna biex inpoggu lil Kristu fil-qalb taghna sabiex anki nikkommunikaw il-messagg tieghu b’mod non verbali.

Bibliografija.

Kittel Gerhard, Griedrich Gerhard. Theological Dictionary of the New Testament. Michigan (1985).

Barbaglio Giuseppe, Dianich Severino. Nuovo Dizionario di Teologia. Torino (1988).

Jean-Herve, Nicholas. Dalla Trinità alla Trinita II. Città del Vaticano (1992).

Leon-Dufour Xavier. Dictionary of Biblical Theology, San Francisco 1988.

 

Categories: Rivista Pastor
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: