Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Il-Papa iħeġġeġ għat-talb għall-mexxejja

Il-Papa iħeġġeġ għat-talb għall-mexxejja


It-Tnejn 18 ta’ Settembru 2017. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

L-Insara għandhom id-dmir li jakkumpanjaw bit-talb lill-mexxejja tagħhom anke jekk dawn jiżbaljaw. Din kienet l-eżortazzjoni qawwija li l-Papa Franġisku għamel dalgħodu waqt il-quddiesa f’Santa Marta.

 

Anki l-mexxejja jridu jitolbu għaliex inkella jirriskjaw li jingħalqu fil-grupp ċkejken tal-partit tagħhom. Iżda dak il-mexxej li jagħraf li huwa ċkejken quddiem il-poplu u quddiem Alla, jitlob.

Ir-riflessjoni tal-Papa Franġisku bdiet mill-Ewwel Lezzjoni tal-lum u mill-Vanġelu. Fl-ewwel lezzjoni San Pawl iħeġġeġ lil Timotju li joffri talb għal dawk li għandhom xi awtorità. Fil-vanġelu mbagħad hemm mexxej li jitlob: iċ-ċenturjun li kellu qaddej marid. Kien iħobb lill-poplu minkejja li kien barrani u kien iħobb lill-qaddej tiegħu tant li kien inkwetat minħabba fih.

Il-Papa żied jgħid li dan ir-raġel ħass il-bżonn li jitlob mhux biex għax kien iħobb iżda wkoll għaliex fil-kuxjenza tiegħu kien jaf li ma kienx is-sid ta’ kollox u li ma kienx hu l-aqwa wieħed. Kien jaf li fuqu hemm ieħor li jikkmanda. Kellu lin-nies taħtu iżda hu wkoll kellu lil xi ħadd fuqu. U dan iwasslu biex jitlob u għalhekk il-mexxej li jħoss dan fil-kuxjenza tiegħu jitlob.

Jekk ma jitlobx, jingħalaq fih innifsu jew fil-partit tiegħu, f’dak li iċ-ċirku li minnu ma jistax joħroġ u jkun bniedem magħluq fih innifsu. Iżda meta jara l-problemi veri u jħoss li hemm min hu aqwa minnu jiġifieri l-poplu li tah il-poter u Alla li minnu ġejja kull setgħa, dan il-mexxej jitlob.

Il-Papa Franġisku kompla jitkellem dwar l-importanza tat-talb fil-ħajja tal-mexxej għaliex huwa talb għall-ġid komuni tal-poplu li ġie afdat lilu. Il-Papa tkellem dwar taħdita li kellu ma’ mexxej li kien iqatta’ sagħtejn kuljum fis-silenzju quddiem Alla minkejja l-ħafna xogħol li kellu. Hemm bżonn li nitolbu lil Alla l-grazzja li mmexxu tajjeb bħalma għamel Salamun li ma talabx lil Alla jagħtih deheb jew ġid iżda l-għerf biex imexxi. Il-mexxejja jeħtieġ li jitolbu lill-Mulej jagħtihom dan l-għerf biex imexxu tajjeb u biex jingħalqux fihom infushom.

U għal min forsi jgħid li huwa anjostiku jew ateu il-Papa jgħid hekk: Jekk ma tistax titlob, għamel konfront miegħek innifsek, mal-kuxjenza tiegħek iżda tibqax magħluq fil-grupp ċkejken tal-partit tiegħek. Nella Prima Lettura, Paolo invita, appunto, a pregare per i re, “perché – afferma – possiamo condurre una vita calma e tranquilla, dignitosa e dedicata a Dio”.

Il-Papa Franġisku qal ukoll li meta xi mexxej jagħmel xi ħaġa li ma tintgħoġobx huwa jiġi kkritikat u jitħall waħdu. F’dan il-każ iktar hemm għalfejn nitolbu għax il-Papa fakkar x’qal San Pawl lil Timotju: Itolbu għas-slaten, għal dawk kollha li għandhom xi awtorità, biex inkunu nistgħu ngħaddu ħajja fil-kwiet u fis-sliem, fit-tieba u kif jixraq. Għax meta l-mexxej huwa ħieles u jista’ jmexxi fil-paċi, il-poplu kollu jgawdi minn dan.

U l-Papa temm billi talabna nagħmlu eżami tal-kuxjenza dwar it-talb għall-mexxejja. Huwa qal li min hu mexxej għandu jirrifletti ftit dwar jekk jitlobx lil dak li tah il-poter permezz tal-poplu. U min mhuwiex mexxej għandu jistaqsi jekk hux qed jitlob għall-mexxejja kollha tal-pajjiż u mhux għal min jogħġbu biss. U fl-aħħar il-Papa qal li jekk meta nagħmlu l-eżami tal-kuxjenza qabel inqerru naraw li ma tlabniex għall-mexxejja dan irridu nqerruh. Għax li ma titlobx għall-mexxejja huwa dnub.

Ħajr lil Radju Marija

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: