Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Nersqu lejn min qed isofri ħalli rroddulu lura d-dinjità

Nersqu lejn min qed isofri ħalli rroddulu lura d-dinjità


It-Tlieta 19 ta’ Settembru 2017. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Waqt il-quddiesa ta’ dalgħodu fid-Dar Santa Marta, il-Papa Franġisku talab lill-Mulej biex itina l-grazzja li jkollna l-ħniena quddiem tant nies li qed ibatu, biex nersqu qribhom u mmexxuhom minn idejhom lejn id-dinjità li Alla jrid li jkollhom.

 

Il-Papa ħa spunt mill-Evanġelju tal-ġurnata meħud minn San Luqa li fih insibu r-rakkont ta’ meta Ġesù qajjem mill-mewt lil bin l-armla ta’ Najn.

Franġisku spjega li l-istess bħal fit-Testment l-Antik, l-aktar foqra fost l-ilsira, kienu r-romol, l-orfni, l-istranġieri, il-barranin. U kull darba għandna stedina biex nieħdu ħsiebhom, ħalli jkunu jistgħu jerġħu jieħdu posthom fis-soċjetà.
Ġesù, li jaf iħares u jara anki d-dettal, għax hu jħares bl-għajnejn tal-qalb, jara u jħoss il-mogħdrija.

Il-mogħdrija hi sentiment tal-qalb li jiġbdek għax biha int tingħata kollok kemm int. Mhix l-istess sentiment bħal meta wieħed jitħassar lil dak li jkun u forsi jgħdilu “miskin”. Mhix l-istess ħaġa, enfasiżża l-Papa.

Il-mogħdrija tfisser li inti tbati ma’ dak li jkun. Il-Mulej Ġesù jitwaħħad ma’ dik l-armla u mal-orfni……

Ara, quddiemek għandek folla ta’ nies, għax mintix tkellem lilhom”, ħallik mill-bqija.. hekk hi l-ħajja… dawn huma diżgrażżji li jiġru.. Imma le, għal Ġesù l-armla u dak l-orfni mejjet huma aktar importanti mill-folla li kien hemm warajh, li kien qed jitkellem magħha.

Għaliex? Għax qalbu, hu kollu kemm hu miġbud lejn dik is-sitwazzjoni. Ħass mogħdrija. Twaħħad mas-sitwazzjoni.
Għaldaqstant, kompla jgħid il-Papa Franġisku, il-mogħdrija timbuttana biex nersqu qrib għax fil-ħajja, nistgħu naraw ħafna sitwazzjonijiet mingħajr ma nersqu lejhom.

Li nkunu qrib, li nersqu, ifisser li mmissu r-realtà b’idejna, mhux li noqgħodu nħarsu mill-bogħod. Ġesù, l-ewwel ħass il-ħniena u mbagħad resaq u wettaq il-miraklu. Ma qalx “arrivederci”, jien se nibqa’ għaddejh. Jarsaq lejn il-ġuvni u jtih lura lil ommu.

Ġesù jagħmel il-mirakli biex irodd lura, biex lill-persuna jerġa’ jqegħdha f’postha. Kien propju dan li Hu għamel bir-redenzjoni, resaq lejna permezz ta’ Ibnu u lilna lkoll reġġgħana lura lejn id-dinijità ta’ ulied Alla. Reġa’ ħalaqna lkoll mill-ġdid.
Il-Papa għaldaqstant ħeġġiġna biex nimitaw lil Ġesù, nieħdu l-eżempju minnu u nersqu lejn min hu fil-bżonn, mhux ngħinuh “mill-bogħod”, għax maħmuġ, għax għandu riħa, għax ma jinħasilx.

Ħafna drabi, issokta Franġisku, naraw l-aħbarijiet, naqraw fil-gażżetti dwar it-traġedji….. u ngħidu bejna u bejn ruħna: ara, f’dak il-pajjiż it-tfal m’għandhomx ikel; hemmhekk jiġbruhom suldati, fl-ieħor lin-nisa jagħmluhom ilsira….. xi mkien ieħor kien hemm diżastru naturali… kemm traġedji! Imsieken!

Imma s’hemm naslu, malajr indawru l-paġna tal-ġurnal jew induru għat-telenovela li jmiss fuq it-televixin. Dan mhux atteġġjament Nisrani, insista l-Papa, li żied jgħid: jien nagħmel dil-mistoqsija, lilkom u lili nnifsi: Għandi ħila jkolli l-mogħdrija? Li nitlob? Meta naraw dawn l-affarijiet, li jwassluhomli fid-dar il-mezzi tal-komunikazzjoni, inħoss imsarni jduru?
Qalbi tbati flimkien ma’ dawk in-nies?, inħoss il-weġgħa? Ngħid imskien u nieqaf hemm? U jekk m’għsandekx ħila tħoss il-mogħdrija itlob dil-grazzja: Mulej tini l-grazzja tal-mogħdrija.

Bit-talb ta interċessjoni, bil-ħidma tagħna ta’ Nsara, għandu jkollna l-ħila ngħinu lin-nies li qed isofru, ħalli dawn jintraddu lura lis-soċjetà, lill-ħajja tal-familja, lix-xogħol; insomma jintraddu lura lill-ħajja ta’ kuljum, temm jgħid il-Papa Franġisku.

Ħajr lil Radju Marija

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: