Home > Minn Fr Mario Attard OFM Cap > Lejlet il-paniġierku

Lejlet il-paniġierku


Kont ili l-isbaħ sentejn nistennieh. U nistennieh jaqa’ f’ħoġri. U fl-aħħar, il-Provvidenza Divina, fetħitli l-bieb. Biex nagħmlu. Fi kliem waħda li ilha tafni: “Patri! Fl-aħħar wassallek!”

Nixtieq nemmen! Iżda ma nistax. Naf li hija festa qawwija. Li għandha ħafna persuni li jħobbuha u huma involuti fiha. Anki l-qaddisa għandha storja mill-aqwa. Storja li tmur lura mill-anqas 1700. Imma, li fil-qafas tagħha, għadha ħafna magħna.

Għall-paniġierku l-Mulej tani l-grazzja li nħejji ruħi minn kmieni ħafna. Fittixt ma nafx kemm-il ktieb. U ma nafx f’kemm il-sit elettroniku dħalt. Inkluż radju wkoll. X’jimporta? X’jibqa’ fik meta tara sbatax-il paġna sbieħ, ittajpjati! Lesti biex jinħarqu bħall-murtali mill-kanna tal-pulptu tal-Knisja. Le! Mhux kif qed jaħsbu xi wħud. Il-paniġierku m’huwiex kanna. Anzi! Huwa barka! Barka li llum tant għandna bżonn nikkultivaw. Il-paniġierku għad baqa’ postu. Anki illum, meta m’għandniex ħin nisimgħu diskorsi t-twal!

Imma, ngħid jien, l-għaliex nissapportu d-diskorsi tal-meetings politiċi? Dawk id-diskorsi twal u patrijottiċi li jsiru l-Ħamis, jumejn biss qabel l-elezzjoni? Kemm nieħdu gost nisimgħu lill-mexxej favorit tagħna jitħaddet! U x’ma jagħmlux il-mexxejja tal-partiti politiċi biex jinkullaw lin-nies ħalli jisimgħuhom? Jekk forsi qabel mhux dejjem kantaw għall-Innu Malti dakinnhar żgur li jagħmlu minn kollox biex ikantaw! Jekk qabel forsi mhux dejjem kienu patrijottiċi f’diskorshom kemm ikunu patrijottiċi dakinnhar! U jagħmlu sewwa jekk iridu tabilħaqq li jikkkonvinċu lill-elettorat bid-diskors politiku tagħhom.

Mela aħseb u ara fil-paniġierku għandniex inkunu patrijottiċi! Għax hawn m’għandniex sempliċiment nagħżel Malta, inkella l-aqwa żmien ta’ pajjiżna. Hawn qed immorru ħafna aktar ‘il bogħod minhekk. Għal min jemmen, “aħna pajżani tas-sema” (Fil 3:20). Għal hemm qed nimmiraw! U allaħares ma nġibuhiex żewġ l-għaliex ċans ieħor m’għandniex! Mela ejja nkun pattrijottiċi tas-sema imma b’indirizz għall-ħajja spiritwali u soċjali tagħna ilkoll!

Xi pressjoni għalija biex għada nwassal dan il-messaġġ! Imma għandi għalfejn? Jaqaw qiegħed f’xi kompetizzjoni ma’ xi paniġerista ieħor? Għandi għalfejn? Le ta! Għax dak li se ngħid mhux jien se ngħidu iżda l-Ispirtu s-Santu! Hu jrid jagħtini għerfu! Mela kuraġġ! Ejja mmur ħarba sal-ispiżerija ta’ raħal twelidi ħalli nirranġa l-karti biex inkun nista’ inġib dawk il-mediċini li qiegħdin iżommuni ħaj.

Issa li wasalt ħa mmur inżur u nqarar xi pazzjenti u nerġa’ nidħol on call. Almenu għal sagħtejn. Ħalli sieħbi, miskin, il-Patri l-ieħor, jistrieħ huwa wkoll. Kif itir il-ħin! Lanqas naf kif għaddiet il-ġurnata tax-xogħol tiegħi. Issa wasalli l-ħin biex jien ukoll nistrieħ ftit. L-għaliex, jekk ma nistrieħx, tassew li ma nkunux nista’ nħalli lill-Mulej jużani ma’ aktar pazzjenti.

Ma nafx kif għaddew sagħtejn! Ħa nqum u mmur nieħu kafè u niekol xi ħaġa tajba tal-ħelu. Ħa tagħtini ftit ħlewwa! Xejn xejn tneħħili mill-qrusa li għandi ta’ dawn il-jumejn xogħol bla heda f’dan l-Isptar li ma jispiċċa qatt. Għall-erwieħ jaħasra! Issa nħossni ferm aħjar! Ara, ħa nerġa nittawwal tal-aħħar lill-paniġierku. Ara x’sentenza sibt! “Ilbieraħ obdejna slaten u milna għenuqna quddiem imperaturi. Imma illum aħna immilu biss għall-verità u nobdu biss l-imħabba.” Din jgħidha l-magħruf kittieb Lebaniż-Amerikan Khalil Gibran. Kemm hi tajba! Din nista’ nitfagħha fuq fomm il-qaddisa għada! Fil-paniġierku! U kemm qed inħossni nimtela bil-ħuġġieġa ta’ mħabba lejn il-qaddisa! Isa! Ġib karta ħa nħarbxilha poeżija għall-paniġierku!

Ħa nara issa x’ħin hu! Diġà daqqu s-seba’! Ommi Mà kemm sar ħin! Isa! Ħa nċempel waħda lil ħbieb tiegħi qabel jiġu għalija xi nies. Min jaf fi x’ħin se nidħol illejla!… Ħriġt! Ħadt gost ħafna! X’hemm isbaħ meta tiltaqa’ man-nies fil-familja? Meta kulħadd ikun miġbur għalenija madwar mejda? Hawn kważi l-ħdax u nofs! U għada se jiġu għalija għad-disa’ neqsin kwart. Għall-paniġierku! Aħjar ngħidilhom iwassluni. Sar il-ħin! U għada irrrid inqum f’saħħti għall-paniġierku!

Inħossni eċitat! Kollu santu ċajt! Għada se nkun fuq it-televiżjoni! Biss aktar inħossni eċitat għal dak li se jagħmel l-Ispirtu s-Santu bija! Li ma jistħoqqlix! U mhux għalhekk li se nitolbu man-nies qabel tibda’ l-partita? It-tellieqa? Il-paniġierku?

Spirtu s-Santu! F’idejk ħi! Issa raqqadni f’ħoġrok! Il-bqija … f’idejk!…

  1. MaryNancy Caruana
    September 21, 2017 at 12:12 am

    Fr.Mario Attard, kemm lis-spirtu s-Santu zejnek b’donni sbieh ta’ l-Gherf:Jiena meta smajt l-Panigierku tieghek,ghid l-ispirtu s-Santu qed imexxieh,Mhux hekk biss imma tider li ghadejt hafna hin ta’ studju fuq l-Immakulata!Fr.Avolja qeda l-Australia dejjem infittex Sacerdott li ifawarni bil qdusija li nisma min fomm Sacerdott aqli u mimli qdusija!Kont idispjacuta hafna meta miet Dun George Bezzina ghawdex li kien l-ikbar habib tieghie u dejjem kien itini pariri tajba biex qatt ma naqta qalbi.Kemm kien jaf jippritka u kien jibatilna l-Australia l’Ezertizzi fuq SydneyOne Radio:Inhosni ferhana li Alla’ qed jinqeda bik fuq Radju Marija,facebook li ghawn izjed nies jisimghuk u bil-ghatc ghal-kelma t’ Alla’.Nawguralek Fr.Mario l-Mulej jixhet l’Barka fuqek halli Inti tkun tista titfa fuqna u fuq Uliedna u ulieduliedna:Grazzi min Sydney Australia Insellimlek:MaryNancy Caruana.

  2. charles
    September 20, 2017 at 2:37 pm

    Prosit P.Mario, Viva Santa Venera, Qaddisa Kbira. Blessed be God.

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: