Home > Avviżi > Lectio Divina fil-parroċċa ta’ Ħal Tarxien

Lectio Divina fil-parroċċa ta’ Ħal Tarxien


Mit-Tnejn, 2 ta’ Ottubru 2017, ser jerġgħu jibdew il-laqgħat ta’ Lectio Divina fil-parroċċa ta’ Ħal Tarxien li jsiru f’Dar Nazaret kull nhar ta’ Tnejn bejn is-7.15 pm u 8.15 pm.  Il-laqgħat huma miftuħa għal kulħadd, anke persuni minn parroċċi oħra.

Fl-ewwel laqgħa ssir introduzzjoni dwar x’inhi il-Lectio Divina u jkun mogħti tagħrif dwar kif ser jitqassmu l-laqgħat fuq il-passi tradizzjonali tal-Lectio Divina.  Waqt il-laqgħat dawk preżenti jkunu jistgħu ukoll jagħtu s-sehem tagħhom.

Is-siltiet li se jkollna matul l-ewwel ġimgħat se jkunu kollha mill-Evanġelju skont San Luqa u juru lil Ġesù f’laqgħat ma’ persuni oħra waqt xi ikla.  Min jattendi huwa mitlub iġib il-Bibbja miegħu.

  1. L-ikla fid-dar ta’ Levi (5:27-29)
  2. L-Ikla fid-dar ta’ Xmun il-Fariżew (7:36-50)
  3. It-Tkattir tal-Ħobż f’Betsaida ( 9:10-17)
  4. Fid-dar ta’ Marta u Marija (10:38-42)
  5. Fid-dar tal-Fariżew li stiednu għall-ikel (11:37-54)
  6. L-ikla nhar is-Sibt fid-dar t’ wieħed mill-kapijiet tal-Fariżej (14:1-24)
  7. Fid-dar ta’ Żakkew il-Publikan (19:1-10)
  8. L-aħħar ċena mal-Appostli (22:7-38)
  9. L-ikla mad-dixxipli ta’ Għemmaws (24:13-35)
  10. Ġesù jiekol il-ħut mixwi mad-dixxipli qabel it-tlugħ tiegħu fis-sema (24:36-53)

Minn Jannar 2018 ikun hemm siltiet u temi differenti li jitħabbru ‘l quddiem Il-laqgħat jitmexxew minn Joe Farrugia.

Categories: Avviżi
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: