Il-Ħadd, 15 ta’ Ottubru 2017, fis-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu f’Għawdex, ser issir quddies għal dawk li tilfu tarbija waqt it-tqala. Fil-quddiesa li tibda fil-11.15 am huma mistieda jieħdu sehem mhux biss il-ġenituri tat-trabi li mietu, imma wkoll il-familjari tagħhom. Din l-inizattiva sabiħa kienet saret l-ewwel darba f’Ottubru tas-sena li għaddiet u kienet ġiet organizzata minn minn Dar Ġużeppa Debono u l-Komunità Anawim. Dakinhar kien sar mument ta’ skiet u nqraw ukoll l-ismijiet tat-trabi li mietu.
Dawk li jixtiequ jattendu, għandhom jikkuntattjaw in-numru 99289740.