Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Ir-rimorsi tal-kuxjenza huma sintomi tas-salvazzjoni

Ir-rimorsi tal-kuxjenza huma sintomi tas-salvazzjoni


Il-Ħamis, 28 ta’ Settembru 2017. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Qatt m’ghandna nibzghu nghidu l-verita’ dwar hajjitna u naghrfu dnubietna, inqerruhom, biex il-Mulej jahfrilna.

 

Il-Papa beda l-omelija li ghamel dalghodu fil-kappella tad-Dar Santa Marta, b’din l-ezortazzjoni f’riflessjoni dwar il-qari tal-Evangelju tal-lum mehud minn San Luqa li fih naraw ir-reazzjoni ta’ Erdoi ghall-predikazzjoni ta’ Gesu’.

Frangisku fakkar li kien hemm min kien jahseb li Gwanni l-Battista kien Elija, ohrajn kienu jarawh bhala profeta. B’hekk Erodi setax jiddeciedi izda fih kien ihoss xi haga timbuttah biex ikun jaf min hu dal-persunagg. Ma kinitx biss kurzita’, kienet tingiza tal-kuxjenza. F’qalbu kien qed ifittex li jara lil Gesu’ biex iraqqad il-kuxjenza.

Ried jara l-mirakli ta’ Kristu, issokta l-Papa, imma ghax Gesu’ ma marx jaghmel “show” quddiemu, baghtu quddiem Pilatu u Gesu’ hallas b’hajtu. B’hekk biex, ihares lilu nnifsu, ghatta l-att kriminali b’att kriminali iehor, ghatta r-rimors tal-kuxjenza b’att kriminali iehor, qiesu dak il-bniedem li joqtol minhabba l-biza’.

Dan ifisser li r-rimors tal-kuxjenza huwa pjaga.
Pjaga li tweggghana, pjaga mohbija li lanqas jien stess ma naraha ghax nidraha u nibqa’ sakemm tilluppjani. Uhud imissuha imma l-pjaga hemm tibqa’.

Meta l-pjaga tweggghana, ir-rimors inhossuh, inhossuh fi qlubna, f’hajjitna. Minn hawn tigi t-tentazzjoni biex “nghattu” dnubna, biex ma nhossu xejn aktar.
Ghalhekk hi grazzja li nhossu l-kuxjenza takkuzana. Wara kollox, kompla l-Papa, hadd minna mhu “qaddis” u ahna dejjem lesti naraw id-dnubiet ta’ haddiehor biex ninsew taghna.

M’ghandniex “nghammdu”, ippermettuli l-kelma, il-pjaga, u ntuha isem iehor.
X’nistghu naghmlu biex insiru konxji tal-pjaga?, staqsa l-Papa? Qabel kollox, bit-talb. Nitolbu: Mulej henn ghalija ghax jiena midneb. Il-Mulej jisimghu t-talb taghna.

Imbaghad ezamina hajtek, itlob l-ghajnuna, u meta tinduna biha tippruvax ittiha isem iehor! Ammetti li ghamilt hazin u kun konkret. Din hi l-veru umilta’ quddiem Alla, li j]ossu mqanqal meta jara dil-konkretezza.

Il-konkretezza hi s-semplicita’ li jkollhom it-tfal waqt il-qrar. Konkretezza li wiehed jistqarr bis-sincerita’ dak li ghamel. B’hekk biss nistghu nfiequ, billi jkollna l-ghaqal li nakkuzaw lilna nfusna, inhossu l-weggha u ma nibzghux mir-rimorsi tal-kuxjenza ghax dawn huma sintomu tas-salvazzjoni.

Il-Papa temm jitlob lill-Mulej biex itina l-grazzja li jkollna l-kuragg li naghrfu nakkuzaw lilna nfusna halli nibdew it-triq li twassalna lejn il-mahfra.

Ħajr lil Radju Marija

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: