Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Ottubru 2017

Tħabbret il-lista taċ-Ċelebrazzjonijiet liturġiċi li se jmexxi l-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Ottubru 2017. Continue reading “Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Ottubru 2017”

Il-Qari tal-Quddiesa tal-Ħadd, l-1 ta’ Ottubru 2017

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Eżekjel 18, 25.28, Fil 2, 1-11 u Mt 21, 28-32

Dan ieħor li kellu żewġ ulied. Donnu Ġesù irid jaqsam lil dawk li għandu quddiemu fi tnejn. Mhux l-ewwel darba. L-iben il-ħali u ħuh kienu wkoll ulied l-istess missier. Fis-sinagoga daħlu l-publikan u l-fariżew. Meta tkellem fuq il-ġudizzju u l-proċedura li se tintuża jitkellem fuq nagħaġ u mogħoż. Quddiemu kellu lil dawk li jaħbsu li huma tajbin u lil dawk, li dawk li jaħsbu li huma tajbin huma ħżiena. Insomma aħna u l-oħrajn li mhumiex bħalna. Aħna li mmorru l-quddies u dawk li ma jmorrux. Il-kurrent u dawk li jeħduha kontrih. Il-firda ġustifikata tal-qaddisin. Jien il-ġenwin u jien il-kapriċċuż. Jien l-altruwista u jien l-egoista.
Continue reading “Il-Qari tal-Quddiesa tal-Ħadd, l-1 ta’ Ottubru 2017”