Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Nitolbu lil Ġesù jtina l-kuraġġ biex nimxu warajh mill-qrib

Nitolbu lil Ġesù jtina l-kuraġġ biex nimxu warajh mill-qrib


It-Tlieta 3 ta’ Ottubru 2017. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Ġesù miexi mad-dixxipli lejn Ġerusalemm għax kien wasal iż-żmien li jkun merfugħ ‘il fuq.Hekk tibda s-silta tal-Evanġelju tal-lum meħudha minn San Luqa. Qorob iż-żmien tal-waqt tal-passjoni u l-mewt fuq is-salib, li, kif innota l-Papa waqt l-omelija li għamel dalgħodu fil-kappella tad-Dar Santa Marta, fih Ġesù għamel żewġ affarijiet: ħa deċiżjoni soda li jibda miexi, u mbagħad aċċetta r-rieda tal-Missier u baqa’ sejjer. Wara tarraf dan lid-dixxipli tiegħu.

 

Darba biss Ġesù talab lill-Missier biex ibiegħed minnu s-salib: fil-Ġnien taż-Żebbuġ: Missier jekk tista’ biegħed minni dal-kalċi, imma mhux kif irrid jien, iżda kif trid int.

Ġesù ried jobdi dak li ried il-Missier. Deċiż u ubbidjenti. Xejn aktar. Hekk baqa’ sal-aħħar. Il-Mulej jidħol bil-paċenzja. Dan hu l-eżempju tal-mixja. Mhux biss imut ibati fuq is-salib, imma jimxi bil-paċenzja.

Iżda quddiem din id-deċiżjoni, quddiem il-mixja lejn Ġerusalemm u lejn is-salib, id-dixxipli ma mxewx wara l-Imgħallem. Hekk jirrakkuntawlna diversi paġni tal-Evanġelju, osserva Franġisku.

Ximindaqqiet, id-dixxipli ma kienux jifhmu x’ried jgħidilhom, jew forsi ma riedux jifhmu, qal il-Papa, għax kienu jibżgħu. Kien hemm drabi oħra fejn huma kienu jaħbu l-verità, jew kienu jaljenaw ruħhom, inkella, bħalma jgħidilna l-Evanġelju tal-lum, kienu jfittxu skuża biex ma jaħsbux dwar x’kien hemm jistenna lil Ġesù.
Ġesù waħdu, għax ħadd ma kien jifhem il-misteru tiegħu. Fil-mixja lejn Ġerusalemm Ġesù kien waħdu, fis-solitudni. U fl-aħħar abbandunat mid-dixxipli tiegħu ukoll, ittradut minn Pietru…

L-Evanġelju jgħidilna li deherlu biss anġlu mis-sema biex ifarrġu fil-Ġnien taż-Żebbuġ. Dik kienet l-unika kumpanija li kellu.

Ta’ min, issuġġerixxa l-Papa Franġisku, nieqfu ftit biex naħsbu f’Ġesù, li ħabbna tant illi mexa waħdu lejn is-salib, meta ta’ madwaru ma fehemuhx.

Naħsbu, naraw u rroddu ħajr lil Ġesù ubbidjenti u kuraġġuż, u nibdew djalogu miegħu bi kliem bħal dan:
Kemm drabi nipprova nagħmel xi ħaġa u ma nħarisx lejk, li għamilt tant għalija?

Li kellek tant paċenzja, Alla li jieħu paċenzja, li jittollera dnubieti, il-fallimenti tiegħi?

Nitkellmu hekk ma’ Ġesù, qalilna l-Papa. Hu kien deċiż li jibqa’ miexi, biex iseffaq wiċċu. Nirringrazzjawh. Nieqfu ftit minuti kuljum – ħamsa, għaxra, kwarta – quddiem il-Kurċifiss, jew bl-immaġinazzjoni nimxu miegħu lejn Ġerusalemm, b’mod deċiż, u nitolbuh il-grazzja li jkollna l-kuraġġ li nimxu warajh mill-qrib.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: