Home > Avviżi > Ċelebrazzjonijiet Djoċesani f’għeluq iċ-ċentinarju mid-dehriet tal-Madonna ta’ Fatima

Ċelebrazzjonijiet Djoċesani f’għeluq iċ-ċentinarju mid-dehriet tal-Madonna ta’ Fatima


F’għeluq iċ‑ċentinarju mid‑dehriet tal‑Madonna ta’ Fatima ser jiġu organizzati diversi ċelebrazzjonijiet Djoċesani mifruxa fuq tliet ġranet.

fatimaNhar il‑Ġimgħa, 6 ta’ Ottubru, fis-6:00 p.m., tfal minn diversi parroċċi ser jieħdu sehem f’mixja qasira bl‑istatwa tal‑Madonna ta’ Fatima. Din ser tibda mid‑Dar tal‑Kleru fi Fleur-de-Lys sal‑Knisja ta’ Santa Tereża, Birkirkara. Wara, ser tiġi ċċelebrata Quddiesa mmexxija mill‑Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P. Din l-attività hi organizzata mill‑Kummissjoni Djoċesana Tfal u l‑Parroċċa ta’ Santa Marija f’Birkirkara.

Il‑Ħamis, 12 ta’ Ottubru, fl‑10:00 a.m., fil‑Knisja Arċipretali ta’ Marija Bambina, l‑Isla, ser issir ċelebrazzjoni għall‑morda u l‑anzjani li matulha ser jiġi amministrat is‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Morda. Għal din l‑okkażjoni ser tinġieb l‑istatwa tal‑Madonna ta’ Fatima li tinsab fid‑Dar tal‑Kleru, u li kienet imbierka mill‑Papa Piju XII fl‑1948. Dakinhar ukoll, in‑nies preżenti ser ikunu jistgħu jitolbu quddiem l-istatwa devota ta’ Ġesù Redentur. Din iċ-ċelebrazzjoni hi mtellgħa mill‑Parroċċa tal‑Isla flimkien mal‑Assoċjazzjoni Volontarji Lourdes.

Il‑Ġimgħa, 13 ta’ Ottubru, fil-jum tal‑100 sena anniversarju mill‑aħħar dehra tal‑Madonna f’Fatima, ser isir pellegrinaġġ aux flambeux immexxi mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna. Il‑pellegrinaġġ jibda fis‑6:00 p.m. mill‑Parroċċa tal‑Kunċizzjoni fil‑Ħamrun sal‑Parroċċa ta’ Fatima fi Gwardamanġa Fejn tiġi ċċelebrata Quddiesa mill‑Arċisqof Scicluna.

 

SFOND STORIKU

Dakinhar tat‑13 ta’ Ottubru 1917 aktar minn 70,000 persuna nġabru f’Fatima għas‑sitt u l‑aħħar dehra tal‑Madonna lit‑tlett itfal ragħajja, l‑hekk imsejjaħ “Il‑Miraklu tax‑Xemx”. Dakinhar, lil Lùcia dos Santos ta’ 10 snin, u l‑kuġini tagħha Francesco Marto ta’ 9 snin u Giacinta Marto ta’ 7 snin, il‑Madonna talbithom biex jibqgħu jgħidu t‑talba tar‑Rużarju kuljum u biex fil‑post tad‑dehriet tinbena kappella ddedikata lill‑Madonna tar‑Rużarju. F’Mejju ta’ din is-sena, il-Papa Franġisku ddikkjara qaddisin lil Francesco u Giacinta Marto.

Categories: Avviżi
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: