L-Ispirtu tar-Riforma: 500 Sena Wara

Print Friendly, PDF & Email

Il-Fakultà tat-Teoloġija f’kollaborazzjoni mal-Għaqda Studenti tat-Teoloġija qed jorganizzaw Konferenza Internazzjonali Teoloġika dwar “L-Ispirtu tar-Riforma: 500 Sena Wara”. Din l-attività ser issir nhar il-Ġimgħa 27 u s-Sibt 28 ta’ Ottubru 2017 fl-Università ta’ Malta (ICT Building).

Il-Konferenza ser tanalizza l-isfond storiku, l-kwistjonijiet teoloġici kif ukoll l-impatt pastorali tar-Riforma. Ser jitkellmu 16-il kelliem Maltin u barranin. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella, ser jagħmel id-diskors tal-bidu.

Il-Programm tal-Konferenza jinsab online hawn: http://www.ghstmalta.org/500yearson

Din il-konferenza hi miftuha ghall-pubbliku, u reġistrazzjoni tista’ ssir jew fil-webpage imsemmija jew inkella permezz ta’ telefonata fuq +356 2340 2767. L-organizzatur ta’ din il-konferenza hu Rev. Dr John Berry, Kap tad-Dipartiment tad-Dommatika u Fundamentali. Għal aktar informazzjoni, ikkuntattja hawn: 500yearson@ghstmalta.org

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading