Home > L-Isqof ta' Għawdex Mario Grech > Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr għad-dikjarazzjoni ta’ Madre Maria Teresa Spinelli bħala Venerabbli

Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr għad-dikjarazzjoni ta’ Madre Maria Teresa Spinelli bħala Venerabbli


Is-Sibt 7 ta’ Ottubru 2017. Sintesi tal-Messaġġ tal-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech, fil-Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr għad-dikjarazzjoni bħala Venerabbli tal-Qaddejja ta’ Alla Madre Maria Teresa Spinelli,Fundatriċi tas-Sorijiet Agostinjani Servi ta’ Ġesù u Marija. Knisja arċipretali tal-Madonna ta’ Loreto, Għajnsielem.


dsc01184.jpg

Għalkemm il-Qaddejja ta’ Alla Madre Maria Teresa Spinelli, il-Fundatriċi tas-Sorijiet Agostinjani, kienet Taljana, hija benefattriċi tal-gżejjer tagħna. Nista’ ngħid li f’dawn il-wieħed u sebgħin sena l-preżenza tas-Sorijiet Agostinjani fid-Djoċesi kienet barka mis-Sema.

Il-fatt li dan l-aħħar il-Papa Franġisku rrikonoxxa lil Madre Maria Teresa Spinelli bħala Venerabbli għandu jistimulana biex insiru nafuha aktar mill-qrib. Madre Spinelli hija mara oħra fid-damma kbira ta’ dawk in-nisa Nsara li għamlu ġid kbir lis-soċjetà. Hija ħasra li ħafna minna llum ma aħniex konxji ta’ kemm mal-medda tas-snin fil-Knisja kien hemm nisa, fosthom Madre Spinelli, li kienu strumenti ta’ bidla. F’diversi każi, il-moviment ta’ tiġdid li qabdu snin ilu dawn in-nisa għaddu għaddej.

L-edukazzjoni tat-tfajliet foqra kienet appostolat ħafna għal qalb Madre Spinelli. Kif insibu fil-bijografija tagħha, Spinelli kienet “tqis it-tagħlim kulturali, ċivili, morali u reliġjuż, b’mod partikulari tal-mara, il-karità l-aktar urġenti tas-soċjetà ta’ żmienha. Kienet temmen li l-formazzjoni tlibbes lill-bniedem bid-dinjità morali u b’ħila professjonali u tagħmlu aktar kapaċi jifhem l-ogħla ħidma li għaliha hu msejjaħ: li joqrob dejjem aktar lejn ix-xbieha tal-Ħallieq tiegħu”.

Għalkemm għaddew is-snin u nbidlu ż-żminijiet, il-kariżma tal-Ordni tas-Sorijiet Agostinjani Servi ta’ Ġesù u Marija mwaqqaf minn Madre Maria Teresa Spinelli għadha valida llum ukoll. Nitolbu lill-Mulej ibierek din l-opra ta’ Madre Spinelli b’aktar vokazzjonijiet biex dawn is-sorijiet jissuktaw bl-appostolat tagħhom fil-qasam tat-tagħlim u l-formazzjoni Nisranija tat-tfal u ż-żgħażagħ. Nitolbu wkoll biex il-proċess tal-beatifikazzjoni ta’ Madre Spinelli ma jdumx ma jiġi fit-tmiem tiegħu.

 

Ritratt: Joseph Sultana

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: