Home > Avviżi > Simposju dwar il-Ġustifikazzjoni

Simposju dwar il-Ġustifikazzjoni


Fil-31 t’Ottubru 2017, se jitfakkar il-500 anniversarju mill-bidu tar-Riforma Protestanta. Din ir-Riforma tat importanza kbira lit-tema Pawlina tal- “Ġustifikazzjoni bil-Fidi”. Sfortunatament, minkejja li għadda nofs Millenju, din ftit li xejn tqajjem entużjażmu fost ħafna minna l-Kattoliċi, u ftit huma dawk li jafu x’tgħallem il-Knisja Kattolika dwar dan it-tagħlim ċentrali, aktar u aktar x’ikkawża it-taqlib kbir li ġabet ir-Riforma mibdija minn Luteru.

Il-ftehim li ntlaħaq fl-1999 bejn il-Knisja Kattolika u l-World Lutheran Federation, il-World Methodist Council u l-World Communion of Reformed Churches dwar il-Ġustifikazzjoni bil-Fidi wassal għal żvilupp pożittiv immens fil-mixja ekumenika. Barra minn hekk, nies bħal Patri Raniero Cantalamessa OFMCap., il-Predikatur Apostoliku, kiteb immens u ippriedka ħafna dwar din it-tema.   (Ara bil-Malti d-dikjarazzjoni komuni bejn il-Kattoliċi u l-Luterani li saret fil-Katidral Luteran ta’ Lund, l-Isvezja fil-31 ta’ Ottubru 2016)

Madankollu, f’pajjiżna ħafna huma dawk sajmin minn tagħrif ta’ x’wassal għar-Riforma Protestanta, u dwar il-frott ewlieni tagħha, i.e. il-ġustifikazzjoni bil-fidi. Mill-banda l-oħra, Protestanti Maltin ftit li xejn huma konxji tal-iżviluppi dwar kif il-Knisja Kattolika tħares lejn din is-suġġett.

Ma jidhirx li qatt sar sforz biex f’Malta l-Kattoliċi u l-Protestanti Maltin, bil-paċenzja kollha, ipoġġu flimkien, jisimgħu lil xulxin u fi Spirtu fratern jiskopru l-pożizzjoni ta’ xulxin.

Għalhekk, qed ikun organizzat Symposium Pastorali/Teoloġiku, biex fih esperti Kattoliċi u Protestanti jiltaqgħu flimkien u għal ftit siegħat jaqsmu bejniethom il-fehmiet għeżież tagħhom. L-iskop u li jinħoloq mhux dibattitu mqanqal imma atmosfera fejn fiha nisimgħu x’qed jgħid l-Ispirtu dwar dan is-suġġett kruċjali.

Id-dettalji huma dawn:

Post: Mount St Joseph Retreat House, Targa Gap, Mosta.
Jum: Is-Sibt, 21 t’Ottubru, 2017 bejn it-8:30 am u s-2:00pm
Kelliema: Pastor Paul Mizzi u Dr Joe Mizzi mit-Trinity Evangelical Church
Rev Prof Hector Scerri u Rev. Dr Marcello Ghirlando OFM.

Barra l-preżentazzjonijiet tal-kelliema, u ħin qasir ta’ talb flimkien, il-programm jinkludi ħin ta’ diskussjoni u nispiċċaw bl-ikla fraterna flimkien. Is-symposium huwa mingħajr ħlas għajr €20 għall-ikla ta’ nofsinhar u l-kafè.

Jekk inti interessat tattendi, inti mitlub tikteb email mhux aktar tard mit-Tnejn, 16 t’Ottubru …

lil Nikol Baldacchino f’dan l-indirizz nikolbaldacchino@gmail.com
jew lil Joe Aquilina f’dan l-indirizz joedoris@melita.com

Categories: Avviżi
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: