Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > L-Omnipotenza ta’ Alla tidher fil-ħniena tiegħu

L-Omnipotenza ta’ Alla tidher fil-ħniena tiegħu


It-Tlieta 10 ta’ Ottubru 2017. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Il-Papa Franġisku fakkar lill-fidili kollha li l-ħniena bla tarf ta’ Alla tisboq kollox, imma wissiena li m’għandniex inkunu riġidi u għandna nkunu dejjem qlubna miftuħin.

 

Franġisku kien qed jitkellem waqt il-quddiesa fil-kappella tad-Dar Santa Marta fejn għamel riflessjoni, għat-tieni jum wara l-ieħor, dwar qari mill-Ktieb tal-Profeta Ġona. Il-Papa qal li hi biss il-ħniena t’Alla li tifħilna qlubna u tirbaħ kollox.

Ġona, qal Franġisku, kien bniedem rasu iebsa, kien marid bir-riġidità, ruħ imġewħa. Fl-istorja tal-Bibbja, Alla jitlob lil Ġona biex jikkonverti l-belt ta’ Ninwè. Għall-ewwel il-Profeta rrifjuta u ħarab, imbagħad wettaq l-għamar ta’ Alla u qeda dmiru sew. Madankollu, osserva l-Papa, Ġona hu mgħaddab u nkurlat għax Alla ħafer lill-poplu li b’qalb miftuħa wera sogħoba.

Dawk li qalbhom hi stinata ma jifhmux x’inhi l-ħniena t’Alla. Huma bħal Ġona, qal il-Papa, ma jafux jiftħu qlubhom għall-Mulej. Dawn il-bnedmin huma ta’ qalb dgħajfa, qlub ċkejknin magħluqin għall-ħniena u marbutin biss mar-rettitudni stretta. Jinsew li l-ġustizzja t’Alla saret laħam f’Ibnu, saret ħniena u maħfra. Jinsew li l-qalb t’Alla hi dejjem miftuħa għall-maħfra.

Jinsew xi ħaġ’oħra, issokta l-Papa. Jinsew li l-omnipotenza ta’ Alla turi ruħha primarjament fil-ħniena u l-maħfra tiegħu.
Mhux faċli nifhmu l-ħniena t’Alla. Jeħtieġ li nitolbu ħafna għax din hi grazzja. U aħna mdorrijin bl-attitudni ta’ tpattija li tfisser li għalina l-ġustizzja hi li tħallas għal dak li tkun għamilt. Madankollu rridu niftakru li Ġesù ħallas għalina u għadu jħallas.

Lil Ġona Alla seta’ abbandunah u ħallih mar-ras iebsa u r-riġidità tiegħu. Minflok, mar ikellmu u kkonvinċih; salvah bħalma salva lill-poplu ta’ Ninwè. Alla hu Alla tal-paċenzja, li jaf imelles, li jaf kif għandu jiftaħ il-qlub.

Il-qofol tal-messaġġ tal-ktieb tal-Profeta, kompla jgħid il-Papa, insibuh fid-djalogu bejn il-profezija, il-penitenza, il-ħniena u l-qalb dgħajfa jew ir-ras iebsa. U minn dan naraw li l-ħniena t’Alla dejjem toħroġ minn fuq għax l-omnipotenza tiegħu tidher fil-ħniena tiegħu.

Intikom parir, temm il-Papa, li llum taqraw il-Ktieb ta’ Ġona. Hu ktieb żgħir ħafna, tliet faċċati biss, u taraw kif jaħdem il-Mulej, kif il-ħniena tiegħu tittrasforma qlubna, u niżżu ħajr ‘l Alla talli hu tant ħanin.

Ħajr lill-kamra tal-aħbarijiet ta’ Radju Marija

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: