Home > Aħbarijiet > Il-Papa jħeġġeġ lill-Knejjes Orjentali biex ikomplu jkunu xhieda kuraġġużi

Il-Papa jħeġġeġ lill-Knejjes Orjentali biex ikomplu jkunu xhieda kuraġġużi


Il-Ġimgħa, 13 ta’ Ottubru 2017: il-Papa Franġisku ċċelebra s-sagrifiċċju tal-Quddiesa fil-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore biex ifakkar l-ewwel ċentinarju mit-twaqqif tal-Istitut Pontifiċju Orjentali u l-Kongregazzjoni għall-Knejjes Orjentali.

Fl-omelija l-Papa ħeġġeġ lill-Insara kollha tal-Knejjes Orjentali biex ikomplu jkunu xhieda kuraġġużi, minkejja l-persekuzzjonijiet drammatiċi li jkollhom isofru.

Il-Papa fakkar li dawn l-istituzzjonijiet kienu twaqqfu mill-Papa Benedittu Ħmistax fl-1917, fi żmien l-ewwel gwerra dinjija. Meta naraw il-persekuzzjoni u l-eżodu tal-Insara, minn dawn il-pajjiżi, ħaġa ta’ nkwiet kbir, qal il-Papa, l-istess bħall-poplu tat-Testment l-Antik, bid-djieqa f’qalbna nistaqsu: “Għaliex?”

Fil-qari tal-liturġija tal-ġurnata, meħud mill-Profeta Malakija, issokta l-Papa, naqraw dwar dawk li jitilqu lil Alla u jagħmlu l-ħażen, madankollu ma jieħdux kastig. Bl-istess mod, illum l-istess, naraw nies bla skruplu li jerqidu oħrajn biex jilħqu l-għanijiet tagħhom u nistaqsu lil Alla: “Għaliex?”

it-tweġiba nsibuha fil-vrus ta’ Malakija, kompla jgħid il-Papa Franġisku, għax fihom naqraw kif Alla jisma’ lill-poplu tiegħu u jirreġistra t-tbatija tagħhom fi “ktieb tat-tifkiriet”.

Mill-kliem tal-Vanġelu skont San Luqa, kompla l-Papa, naraw illi meta nitolbu u nafdaw fil-Mulej, nintebħu li “kull min jitlob, jaqla’; min ifittex, isib; min iħabbat, jiftħulu”.

Imma nafu nitolbu verament, nafu nħabbtu fuq il-bieb tal-qalb ta’ Alla?, staqsa l-Papa. Il-Vanġelu jfakkarna li jekk aħna, midinbin, nafu nagħtu ħwejjeġ tajbin lil uliedna, kemm aktar Missierna tas-sema jagħti l-Ispirtu tiegħu lil dawk li jitolbuh?

L-Ispirtu t’Alla hu l-akbar rigal li jtina l-Mulej. Għalhekk ejjew nitgħallmu kif inħabbtu bil-kuraġġ fuq il-bieb tal-qalb ta’ Alla. Jalla t-talb kuraġġuż jispira u jsostni s-servizz li intom tagħtu lill-Knisja, qal il-Papa lill-mexxejja tal-Knejjes Orjentali, sabiex jibqgħu jagħtu frott li ma jidbielx u jmut.

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: