L-Insara għandhom jishru biex ma jaqgħux fil-mondanità


Il-Ġimgħa 13 ta’ Ottubru 2017. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Kristu msallab biss jista’ jeħlisna mid-demonji li ftit ftit iżerżquna lejn il-mondanità. Hu biss jista’ jeħlisna mill-bluha u mis-seduzzjoni li jitkellem dwarhom San Pawl fl-ittra lill-Galatin. Dan kien il-qofol tal-messaġġ mogħti mill-Papa Franġisku waqt l-omelija li għamel illum fil-kappella tad-Dar Santa Marta.

 

Il-Papa kien qed jagħmel riflessjoni dwar l-episodju li naqraw fil-Vanġelu ta’ San Luqa li fih Ġesù jkun akkużat li jkeċċi x-xjaten bis-saħħa ta’ Belżebul.

Il-Mulej, qal Franġisku, jitlobna nishru biex ma naqgħux fit-tentazzjoni. Hu għalhekk li n-Nisrani għandu jishar u jgħasses. Ġesù ma kienx qed jirrakkonta xi parabbola imma kien qed jistqarr il-verità, jiġifieri li, meta spirtu ħażin joħroġ minn ġo bniedem, jibda jħuf f’postijiet imwarrba biex ifittex kenn u meta ma jsibx, imur lura minn fejn telaq, fejn ikun jinsab il-bniedem li nħeles minnu, u jġib miegħu seba’ spirti eħżen minnu.

Il-Papa osserva li dil-kelma ‘eħżen’ fiha qawwa kbira għax id-demonju jidħol inkiss, inkiss.

Id-demonji għalhekk isiru ħaġa waħda mal-bniedem bl-ideat u l-ispirazzjonijiet tagħhom. Jgħinu lill-bniedem jgħix aħjar, jidħlu f’ħajtu u f’qalbu biex jibdluh minn ġewwa.

Naqra, naqra x-xitan jibdlilna l-kriterji tagħna u jmexxina lejn il-mondanità. Hu jaħdem b’dal-mod sottili tant li aħna lanqas biss nindunaw xi jkun qed jiġri fina. U l-bniedem jitħassar u jitgħabba bil-mondanità. Dan hu proprju dak li jrid id-demonju, issokta l-Papa.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.