Home > Avviżi > Avviż mill-Caritas Malta

Avviż mill-Caritas Malta


Il-Caritas Malta qed issejjaħ għal volontiera li jridu jgħinu fl-ikla tal-Milied li torganizza għall-aktar vulnerabbli. Din hija t-tielet darba konsekuttiva li l-Caritas, bil-għajnuna tal-Caritas Youths, qed ittellgħa din l-ikla, u tul dawn is-snin rat l-għadd ta’ persuni jiżdiedu.

1123153-400xNone

Il-Mejda mħejjija għall-ikla tal-Milied 2016

In-nies tiġi bi ħġarha għal bosta raġunijiet, u tajjeb jingħad li din mhix biss ikla għal min f’dil-ġurnata ma jkollux x’jiekol, iżda hi l-aktar okkażjoni għal min jinsab waħdu.

Finalment hi okkażjoni wkoll għal min m’għandux dawn l-isfidi f’ħajtu, u għandu kemm platt ikel kif ukoll familja u ħbieb ma’ min iqatta’ l-Milied, iżda jrid li dis-sena jkun Milied b’differenza.

Is-sena l-oħra ‘l fuq minn 300 ruħ li nġabru fil-bini tal-Kurja għal din l-ikla, u fost persuni distinnti kien hemm ukoll l-Arċisqof, Charles Scicluna, il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, u t-tenur Malti Joseph Calleja li kanta lin-nies miġbura quddiemu.

Għalhekk se ssir laqgħa l-Caritas, il-Furjana, nhar il-Ħamis 25 t’Ottubru fis-7pm, għal dawk li jixtiequ jgħinu u jkunu parti mit-tim tal-Caritas dakinhar tal-ikla.

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

Categories: Avviżi
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: