Home > Avviżi > Il-kawża tal-Beatifikazzjoni u Kanonizzazzjoni ta’ Patri Avertan Fenech

Il-kawża tal-Beatifikazzjoni u Kanonizzazzjoni ta’ Patri Avertan Fenech


Is-Sibt, 14 ta’ Ottubru 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra l-għeluq tal-inkjesta Djoċesana dwar il-Qaddej ta’ Alla, Patri Avertan Fenech, Karmelitan, nhar l-Erbgħa, l-1 ta’ Novembru 2017, Solennità tal-Qaddisin Kollha, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

Iċ-ċelebrazzjoni ser tibda fil-5:00 p.m. bir-rit kanoniku tal-għeluq tal-inkjesta. Wara ssir Quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Alla. Dakinhar ukoll, Patri Avertan jagħlaq 74 sena minn meta għadda għall-ħajja ta’ dejjem. Il-Knisja f’Malta tħeġġeġ lill-Insara biex jattendu għal din iċ-ċelebrazzjoni.

Il-kawża għall-beatifikazzjoni u l-kanonizzazzjoni ta’ Patri Avertan Fenech infetħet fi Frar li għadda bit-twaqqaf ta’ tribunal. Matul dawn ix-xhur instemgħu diversi xhieda u nġabret id-dokumentazzjoni meħtieġa dwar il-ħajja qaddisa, il-fama tal-qdusija u l-għeġubijiet tiegħu.

IL-QADDEJ TA’ ALLA PATRI AVERTAN FENECH
81-patri-avertan-fenech.jpgPatri Avertan Fenech twieled il-Mosta fl-10 ta’ Lulju 1871. Għamel il-professjoni reliġjuża
fl-Ordni Karmelitan fl-1892 u ġie ordnat saċerdot fl-1896. Fil-ħajja reliġjuża tiegħu spikkaw b’mod speċjali l-virtujiet tal-modestja, l-umiltà, il-faqar u s-safa, li kienu jqanqlu lin-nies jersqu għandu għall-qrar u d-direzzjoni spiritwali.

Il-qdusija u l-virtujiet tiegħu spikkaw l-iktar fi żmien il-mard, kawża ta’ attakk qawwi ta’
puplesija fl-1932, li ħallieh b’ġismu nofsu pparalizzat u b’fommu mbikkem. Is-sodda tal-mard u s-siġġu tar-roti li fuqhom dam għal 11-il sena u nofs saru mhux biss is-salib tiegħu imma wkoll il-pulptu li minn fuqhom kien iwassal l-Evanġelju. Għalkemm Patri Avertan qatt ma kien predikatur, għax leħnu ma kienx jagħl-tih, huwa dejjem ippriedka bl-eżempju ta’ ħajtu.

Patri Avertan miet fl-1 ta’ Novembru 1943 u jinsab midfun fil-Kappella tal-Lunzjata
(tal-Karmnu), l-Imdina. Bosta huma dawk li jżuru l-qabar tiegħu sabiex jitolbu u jirreferu grazzji maqlugħa bl-interċessjoni tiegħu.

Categories: Avviżi
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: