Il-kawża tal-Beatifikazzjoni u Kanonizzazzjoni ta’ Patri Avertan Fenech

Is-Sibt, 14 ta’ Ottubru 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra l-għeluq tal-inkjesta Djoċesana dwar il-Qaddej ta’ Alla, Patri Avertan Fenech, Karmelitan, nhar l-Erbgħa, l-1 ta’ Novembru 2017, Solennità tal-Qaddisin Kollha, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Continue reading Il-kawża tal-Beatifikazzjoni u Kanonizzazzjoni ta’ Patri Avertan Fenech

Pellegrinaġġ Nazzjonali fil-100 sena mid-dehriet tal-Madonna f’Fatima

Is-Sibt, 14 ta’ Ottubru 2017: Ilbieraħ filgħaxija, il-Knisja f’Malta fakkret għeluq il-100 sena mill-aħħar dehra tal-Madonna f’Fatima li seħħet s-Sibt, 13 ta’ Ottubru 1917. Dakinhar, quddiem folla ta’ madwar 70,000 persuna seħħ il-fenominu tax-xemx. Continue reading Pellegrinaġġ Nazzjonali fil-100 sena mid-dehriet tal-Madonna f’Fatima

L-Evanġelju tas-Sibt, 14 ta’ Ottubru 2017

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Lq 11, 27-28

Kemm hu faċli kif tkun bilqiegħda quddiem computer jew bil-mobile f’idejk u taqra xi ħaġa li tolqtok jew togħġbok (u kultant anke jekk le) iċċaqlaq kemm kemm subgħajk u tgħafas like. Kemm hu faċli tisma’ lil xi ħadd jitkellem u dak li tisma’ jmisslek qalbek u lil min tkellem tgħidlu ‘prosit’. Faċli ħafna imma donnu kollox jieqaf hemm.
Continue reading L-Evanġelju tas-Sibt, 14 ta’ Ottubru 2017