Dun Joseph Mizzi twieled fil‑11 ta’ Ottubru 1970. Huwa rċieva l‑edukazzjoni primarja fl‑iskola ta’ Ħaż‑Żebbuġ, l‑edukazzjoni sekondarja fil‑Liċeo Mikiel Anton Vassalli tal‑Ħandaq, Ħal Qormi, u l‑edukazzjoni post-sekondarja fil‑Kulleġġ San Alwiġi, Birkirkara. Kompla l‑istudji terzjarji fil‑Fakultà tat‑Teoloġija (Filosofija u Teoloġija), fl‑Università ta’ Malta.
Dun Joseph ġie ordnat saċerdot fid‑29 ta’ Ġunju 1997. Beda l‑ħidma pastorali tiegħu bħala Assistent Direttur tal‑Moviment ta’ Kana u kompla l‑istudji tiegħu fit‑Teoloġija taż‑Żwieġ u
l‑Familja.
Fl‑2006 nħatar Direttur tal‑Moviment ta’ Kana. Serva wkoll fil‑parroċċa tal‑Imqabba u dik ta’ Ħaż‑Żebbuġ. Fl‑2015 nħatar bħala Arċipriet tal‑Parroċċa tal‑Birgu.
Il‑Parroċċa ta’ Santa Luċija tiġbor fiha madwar 3,625 persuna f’1,043 familja.