Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Għal min ma jafx jisma’, il-fidi ssir ideoloġija

Għal min ma jafx jisma’, il-fidi ssir ideoloġija


It-Tlieta 17 ta’ Ottubru 2017. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Nitħarsu milli naqgħu fil-bluha li ma jkollniex ħila nisimgħu l-Kelma t’Alla. Din l-attitudni twassalna għall-korruzzjoni.  Il-Papa Franġisku għamel din l-stqarrija iebsa waqt l-omelija fil-kappella tad-Dar Santa Marta, illum.

 

Ġesù jibki minħabba n-nostalġija meta l-poplu jitbellaħ u jitbiegħed għax minflok, jagħżel l-apparenzi, l-idoli u l-ideoloġiji.

L-omelija tal-Papa  kienet dwar il-qari tal-ġurnata.  Ġesù jakkuża bi bluha lill-Fariżej filwaqt li San Pawl, fl-ewwel qari, jsejjaħ lill-pagani “boloħ” għax ħallew ideat ġodda jingannawhom.

Aktar milli kundanna din hi twissija, hi bluha li tressaq lejn il-korruzzjoni, qal il-Papa.  Lid-dutturi tal-liġi Ġesù jxebbaħhom ma’ oqbra mbajda għax moħhom kien biex jidhru sbieħ minn barra, bla ma jagħtu każ ta’ dak li hemm ġewwa fihom, fejn kien hemm il-korruzzjoni.

Il-pagani għandhom il-korruzzjoni tal-idolatrija: saru korrotti għax il-glorja t’Alla bidluha mal-idoli.

Illum ukoll hawn l-idolatriji bħalma huma l-konsumiżmu jew it-tifittxija ta’ xi alla komdu.  Imbagħad hemm l-Insara li ħallew l-ideoloġiji jikkorrompuhom, jiġifieri ma baqgħux Insara għax il-Kristjaneżmu għamluh ideoloġija.

Minħabba l-bluha, dawn it-tliet gruppi jispiċċaw korrotti.

Il-Papa Franġsiku mbagħad għadda biex jispjega x’inhi dil-bluha.  Il-bluha hi li ma nisimgħux, li ngħidu “ma nafx”, in-nuqqas ta’ ħila li nisma’ l-Kelma t’Alla biex ma nħalliehiex tidħol fija.  L-iblaħ ma jismax.  Mingħalih qed jisma’, imma fil-verita ma jkun qed jisma’ xejn.  Dejjem jagħmel fattih u għalhekk il-Kelma t’Alla ma tistax tidħol fih, f’qalbu mhemmx lok għall-imħabba.

U jekk tidħol il-Kelma f’qalbu jgħaddiha mill-passatur tal-kunċett personali tar-realtà.  Jekk dil-qalb mhemmx post għall-imħabba, lanqas hemm post għall-libertà.  Dawn in-nies isiru lsira għax il-verità ta’ Alla jibdluha mal-gidba, tant li jibdew jaduraw lill-kreaturi minflok lill-Ħallieq.

Allura meta jien nisma’ l-Kelma t’Alla nħalliha tidħol fija?, staqsa l-Papa.  Il-Kelma t’Alla hi kelma ħajja, effikaċi, tiddixxerni s-sentimenti u l-ħsibijiet tal-qalb.  Hi kelma li taqta’ bħal xafra, tidħol ‘il ġewwa.  Jien trux għal dil-kelma?  Nibdilha f’apparenzi, nibdilha f’idolatrija, fid-drawwiet idolatri, jew nibdilha f’ideoloġija?  Hekk tkun il-bluha tal-Insara.

Il-Papa widdibna biex noqgħodu attenti mill-ikoni tal-buha tal-lum.  Hemm Insara boloħ u hemm rgħajja boloħ ukoll.  Ifakkarna fihom Santu Wistin li jikkundannahom bil-qawwa meta jgħid li l-bluha tar-rgħajja tagħmel ħsara lill-merħla.

Ir-ragħaj iblaħ hu mimli bih innifsu, huwa pagan.  Inħarsu għalhekk, lejn l-ikona tal-Insara boloħ u magħha nħarsu wkoll lejn il-Mulej li dejjem jinsab fil-bieb iħabbat u jistenna.

Għalhekk, il-Papa Franġisku temm jgħid li għandna naħsbu fin-nostalġija li l-Mulej għandu għalina u jekk naqgħu f’dil-bluha u nitbegħedu minnu Hu jħoss in-nostalġija għalina.  Minħabba fiha Ġesù beka, beka fuq Ġerusalemm: kienet propju n-nostalġija għall-poplu li hu kien għażel u ħabb imma li tbiegħed minnu minħabba l-bluha, għax għażel l-apparenzi, l-idoli u l-ideoloġiji.

Ħajr: Joe Huber

 

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: