Home > Aħbarijiet > Il-Papa Franġisku jikkundanna l-attakk terroristiku f’Mogadishu

Il-Papa Franġisku jikkundanna l-attakk terroristiku f’Mogadishu


Il-Papa Franġisku kkundanna l-attakk terroristiku li qatel aktar minn 300 persuna, inkluż tfal, fil-belt ta’ Mogadishu, is-Somalja. Waqt l-udjenza ġenenrali fi Pjazza San Pietru, il-Papa qal li xtaq jesprimi n-niket tiegħu għall-massakru li ġara s-Sibt.

337041-740xNone

“Dan l-att terroristiku,” qal il-Papa, “jistħoqqlu li jkun ikkundannat bil-qawwa, anke għaliex sar fuq popolazzjoni li diġà qiegħda tbati ħafna.”

Il-Papa qal li qed joffri t-talb tiegħu għall-mejtin, għall-midruba, għall-familji tagħhom u għan-nies kollha tas-Somalja.

“Nitlob għall-konverżjoni tal-persuni vjolenti u nibgħat messaġġ ta’ kuraġġ lil dawk li, b’diffikultajiet enormi, qed jaħdmu għall-paċi f’din l-art ittorturata,” saħaq il-Papa Franġisku.

Mill-isplużjoni ta’ nhar is-Sibt li għadda f’Mogadishu, għad hemm mas-70 persuna rrappurtata nieqsa. Dan qed jitqies bħala wieħed mill-agħar attakki li qatt saru fl-aħħar snin.

Il-Gvern Somalo qal li wara l-attakk hemm id tal-grupp estrem Al-Shabab.

Sors: Radju tal-Vatikan

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: