Taħdita dwar il-Kefen ta’ Kristu

Print Friendly, PDF & Email

Nhar il-Ħamis, 26 ta’ Ottubru 2017, il-komunità Franġiskana flimkien mal-komunità ta’ Abramo, se jieħdu ħsieb diskussjoni xjentifika, biblika u spiritwali dwar il-Kefen ta’ Kristu.

Il-kelliema prinċipali se jkunu:

  • Il-Professur Paul Pace – Li se jitkellem dwar dettalji xjentifiċi dwar il-passjoni ta’ Kristu u li ħarġu mill-investigazzjonijiet fuq il-liżar
  • Dun Edmund Teuma OFM Conv. – Li se jagħti tagħrif dwar is-Salib mill-perspettiva Franġiskana
  • George Peresso – Li se jaqra narrazzjoni dwar il-laqgħa bejn Kristu Rxoxt u Marija Maddalena
It-taħdita se ssir fis-Sala tal Konferenzi ta’ ĊAK, fi Triq S. Sommier, Birkirkara u tibda fis-7:30pm. Il-pubbliku hu mistieden jattendi.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading