Idolatrija qattiela


It-Tnejn 23 ta’ Ottubru, 2017. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Idolatrija qattiela, anżi idolatrija li toħloq sagrifiċċji umani. Dan kien il-kliem iebes ħafna li l-Papa Franġisku uża waqt l-omelija tal-bieraħ filgħodu fil-kappella tad-Dar Santa Marta. B’dal kliem hu kien qed jkkundannna bl-akbar qawwa l-konsumiżmu bla rażan u l-kilba għall-flus.

 

Illum, saħaq il-Papa, hawn ħafna nies bil-kilba għall-flus u għall-ġid tal-art, nies li diġà għandhom ħafna filwaqt li hawn għadd bla qies ta’ tfal bil-ġuħ li la għandhom mediċini, la edukazzjoni u huma abbandunati.

Din l-idolatrija toqtol bil-ġuħ ħafna bnedmin, tenna Franġisku li ġibed l-attenzjoni tal-kongregazzjoni li kien hemm fil-kappella dwar ix-xorti li qed tmiss lit-tfal rohingya.

Naħsbu ftit, issokta l-Papa: mitejn elf tfal rohingya fil-kampijiet tar-rifuġjati. Hemmhekk hemm tmin mitt elf ruħ, mitejn elf minnhom huma tfal. Bil-kemm għandhom x’jieklu, neqsin min-nutriment, mingħajr mediċini, osserva l-Papa li madwar xahar ieħor se jżur il-Myanmar u l-Bangladesh.

It-talba tagħna għandha tkun qawwija: Mulej, jekk jogħġbok, miss il-qlub ta’ dawn in-nies li jaduraw lil alla flus, dan l-idolu, u missli ukoll qalbi biex inkun nista’ nara u ma naqax fl-istess żball.

Il-kilba għal alla flus iġġib il-gwerrer ukoll, saħansitra gwerrer fil-familji, qal Franġisku, li ried jifhem il-ġlied bejn l-aħwa jew il-qraba minħabba l-wirt. Ilkoll nafu x’jiġri meta jkun hemm wirt fin-nofs: il-familji jinfirdu u jispiċċaw bil-mibgħeda għal xulxin.

It-triq waħdanija, kompla jgħid, hi li aħna nistgħanew quddiem Alla. L-għana, imma l-għana f’Alla. Ma jfissirx li niddisprezzaw il-flus imma li niddisprezzw il-kilba, jiġifieri li ngħixu biss għal alla flus.

Il-Papa kien qed jagħmel riflessjoni dwar il-qari tal-Vanġelu tal-ġurnata, skont San Luqa, li jurina lir-raġel għani li ntemm fil-moviment tal-konsumiżmu bla rażan, li ried dejjem aktar, sax-xaba’.

Sfortunatament, ir-raġel spiċċa lsir tal-flus u din mhix xi ħaġa tal-passat biss, iżda hi r-realtà tal-lum, osserva Franġisku, li tenna: hi r-realtà tal-lum.

Tant bnedmin jgħixu biex jaduraw il-flus, biex il-flus jagħmluhom l-alla tagħhom. Tant bnedmin jgħixu għal dan biss u b’hekk ħajjithom titlef is-sens tagħha, nies li jiġimgħu teżori għalihom infushom imma ma jafux jistgħanew quddiem Alla.

Hu għalhekk li t-talba tagħna għandha tkun qawwija aħna u nfittxu f’Alla l-pedament samm tal-eżistenza tagħna, temm il-Papa li stieden li kulħadd biex jefa’ qalbu bit-talba “qawwija” sabiex Alla jikkonverti l-qlub tal-bnedmin ħalli ma jibqgħux jaduraw lil dan l-idolu, lil alla flus.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: