Home > Avviżi > Dramm Kontemporanju fis-Seminarju ta’ Għawdex

Dramm Kontemporanju fis-Seminarju ta’ Għawdex


Il-Gozo Creative Theatre Club qed jippreżenta d-dramm kontemporanju, “Il-Ħmar t’Alla”, b’kollaborazzjoni mas-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù. B’din il-preżentazzjoni, is-Seminarju ta’ Għawdex se jġib fit-tmiem il-150 Anniversarju mit-twaqqif tiegħu. Id-
dramm huwa mnebbah mill-ħajja tal-Curé d’Ars, Ġwann Maria Vianney, qaddis patrun tal-kappillani.

B’kitba ta’ Joseph W. Psaila u direzzjoni artistika ta’ George Mizzi, id-dramm jipproponi t-taqtigħa spiritwali bejn l-eroj u l-anti- eroj, kombattiment li jista’ jqanqal il-kuxjenza tagħna llum.

Id-Dramm se jsir fis-Sala tas-Seminarju Maġġuri, Rabat, Għawdex, nhar il-Ġimgħa, 17 ta’ Novembru fis-7.30pm, nhar il-Ħadd, 19 ta’ Novembru fit-3.00pm u nhar is-Sibt, 25 ta’ Novembru fis-7.30pm. Biljetti jistgħu jinxtraw mill-uffiċċju tas-Seminarju, (tel. 21556479 jew majorseminary@gozodiocese.org) fil-jiem ta’ qabel, u dak inhar, tad-dramm. Il-prezz huwa 5 ewro għall-adulti u 3 ewro għat-tfal.

Categories: Avviżi
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: