Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > X’inhu dak li jagħmel lir-ragħaj “tajjeb”?

X’inhu dak li jagħmel lir-ragħaj “tajjeb”?


It-Tnejn 30 ta’ Ottubru. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Waqt l-omelija minn Dar Santa Marta dalgħodu, il-Papa Franġisku ta l-fehmiet tiegħu dwar x’inhu dak li jagħmel lir-ragħaj “tajjeb”.

 

Franġisku kien qed jagħmel riflessjoni dwar il-Vanġelu tal-ġurnata meħud minn San Luqa. Fih naqraw li Ġesù kien qiegħed fis-sinagoga fejn iltaqa’ ma’ mara li kien ilha mgħakksa snin twal, tant li lanqas setgħet toqgħod dritta.

Ġesù għamel ħames affarijet magħha, qal il-Papa Arġentin: ra, sejjaħ, kellem, qiegħed idejh u fejjaqha. Dawn il-ħames azzjonijiet, osserva Franġisku huma l-ingredjenti li jiddeskrivu lir-ragħaj it-tajjeb.

Il-Papa enfasizza li l-imgħallmin tal-Liġi, il-Fariżej u s-Saduċej, spiss kienu jċanfru lil Ġesù għax jersaq qrib ħafna tan-nies. Madnakollu, huma ma kellhomx interess ġenwin fin-nies u kienu magħluqin fid-dinja iżolata tagħhom. Minħabba f’hekk huma qatt ma setgħu jkunu rgħajja tajbin. Aktar kien moħħhom fil-flus, osserva l-Papa.

Nies bħal dawn, fakkar il-Qdusija Tiegħu, huma ipokriti għax l-interess tagħhom mhux il-poplu, imma mbagħad iħossuhom offiżi meta Ġesù jakkużahom minħabba l-għemejjel ħżiena tagħhom.

Min-naħa l-oħra, Ġesù, issokta jgħid il-Papa, tiġih ħniena mill-emarġinati u għalhekk hu qrib tal-poplu tiegħu. Kemm jekk dak li jkun hu fqir, marid, midneb jew lebbruż, Ġesù kien dejjem ħdejn il-persuna, kienet min kienet.

Bl-istess mod Alla jgħallimna nkunu qrib tal-oħrajn, fakkarna l-Papa. Ir-rgħajja tajbin jagħmlu bħalma għamel Ġesù: juru ħniena u jsiru qaddejja tal-oħrajn.
Ir-ragħaj it-tajjeb, kompla jgħid, jara, isejjaħ, ikellem, imiss u jfejjaq.

Bħalma Alla ġie qrib tagħna permezz ta’ Ġesù Kristu, temm jgħid il-Qdusija Tiegħu Franġisku, aħna lkoll se nkunu ġudikati minn kemm nagħmlu ħilitna biex inkunu qrib ta’ dawk li huma bil-ġuħ, morda, fil-ħabs jew li jinsabu f’kull xorta ta’ bżonn.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: