Archive

Archive for October 31, 2017

L-Isqof Mario Grech,”L-Ewropa trid tindirizza l-fenominu tal-faqar”.

October 31, 2017 Leave a comment

Il-Ġimgħa 27 u s-Sibt 28 ta’ Ottubru, waqt li kien qed jieħu sehem fil-konferenza internazzjonali ‘(Re)Thinking Europe’ li saret fil-Vatikan u li kienet organizzat mill-Kummissjoni tal‑Konferenzi tal‑Isqfijiet Ewropej (COMECE) u s-Santa Sede, l-Isqof ta’ Għawdex Monsinjur Mario Grech kien intervistat mill-Uffiċċju Komunikazzjoni l-Arċidjoċesi ta’ Malta.
Read more…

L-Arċisqof Charles Scicluna, “Aktar minn Unjoni tal-Istati, l-Ewropa trid tkun Unjoni tal-Popli”

October 31, 2017 Leave a comment

Il-Ġimgħa 27 u s-Sibt 28 ta’ Ottubru, delegazzjoni Maltija mmexxija mill-Arċisqof Monsinjur Charles J. Scicluna ħadet sehem fil-konferenza internazzjonali ‘(Re)Thinking Europe’ li saret fil-Vatikan u li kienet organizzat mill-Kummissjoni tal‑Konferenzi tal‑Isqfijiet Ewropej (COMECE) u s-Santa Sede. Din l-intervista saret lil Monsinjur Arċisqof mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Kurja tal-Arċisqof.
Read more…

Il-Qaddisin kollha u l-Għid tal-Imwiet

October 31, 2017 Leave a comment

Nhar l‑Erbgħa l‑1 ta’ Novembru 2017, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fil‑Festa tal‑Qaddisin kollha, li matulha jagħlaq il‑proċess Djoċesan għall‑kawża tal‑Beatifikazzjoni tal‑Qaddej ta’ Alla, Patri Avertan Fenech, Karmelitan. Din ser issir fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, u tibda fil‑5:00 p.m. bir‑rit kanoniku tal‑għeluq tal‑inkjesta. Din il‑festa tiġi ċċelebrata mill‑Knisja Universali biex l‑Insara jagħtu ġieħ lill‑Qaddisin kollha waqt li jħabirku biex jimxu fuq l‑eżempju tagħhom.
Read more…

Categories: Avviżi

Ħa nerġgħu niftħulha!

October 31, 2017 Leave a comment

F’pajjiżna għandna ħafna pożittiv. Bħala Maltin u Għawdxin, kulħadd skont il-kapaċitajiet tiegħu, kulħadd taha d-daqqa t’id tiegħu biex illum qiegħdin fejn qiegħdin. Mela, grazzi Mulej!

Read more…

Is-Saltna t’Alla titlob minna l-kuraġġ u li “nħammġu jdejna”

October 31, 2017 Leave a comment

It-Tlieta 31 ta’ Ottubru. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Waqt il-quddiesa fil-kappella tad-Dar Santa Marta, il-Papa wissa li n-Nisrani tajjeb ma jistax ikun qiesu kustodju ta’ xi mużew għax is-Saltna t’Alla teħtieġ il-kuraġġ u li “nħammġu jdejna”.

Read more…

L-Evanġelju tat-Tlieta, 31 ta’ Ottubru 2017

October 31, 2017 Leave a comment

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Lq 13, 18-21

Il-mustarda tilqa’ l-bejtiet u l-ħobża titma lil min hu bil-ġuħ. F’waħda mit-talbiet li tintuża fil-Quddiesa, dawk it-talbiet tal-bidu li ngħidulhom ‘kolletti’ lil Alla nitolbuh biex, fost il-ħafna tibdil ta’ din il-ħajja, il-qlub tagħna jistrieħu fejn hemm tassew il-hena, għax il-qlub tagħna jridu l-istabilità f’dakli jhennihom.
Read more…