Home > Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta > Is-Saltna t’Alla titlob minna l-kuraġġ u li “nħammġu jdejna”

Is-Saltna t’Alla titlob minna l-kuraġġ u li “nħammġu jdejna”


It-Tlieta 31 ta’ Ottubru. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Waqt il-quddiesa fil-kappella tad-Dar Santa Marta, il-Papa wissa li n-Nisrani tajjeb ma jistax ikun qiesu kustodju ta’ xi mużew għax is-Saltna t’Alla teħtieġ il-kuraġġ u li “nħammġu jdejna”.

 

Il-Papa Franġisku kien qed jagħmel riflessjoni dwar il-Vanġelu tal-ġurnata meħud minn San Luqa. Il-Qdusija Tiegħu saħaq li s-Saltna t’Alla titlob li l-qawwa li għandna ġo fina ntuha direzzjoni. Fl-ittra tiegħu lir-Rumani, li silta minnha kien l-ewwel qari tal-liturġija, San Pawl ukoll jitkellem dwar kemm tensjinijiet fiha l-ħajja. Iżda, issokta l-Papa, it-tbatijiet tagħna ma nistgħux inqabbluhom mal-glorja li qed tistenniena.

Għalhekk, kompla jispjega, teżisti tensjoni bejn it-tbatija u l-glorja. Bejn dawn it-tensjonijiet, innota Franġisku hemm stennija kbira, l-istennija tar-rivelazzjoni l-kbira, is-Saltna t’Alla. Din l-istennija mhix tagħna biss imma tal-Ħolqien kollu, li għadda mill-waqa’ bħalna.

Il-qawwa ta’ ġo fina li tnissel it-tama tal-milja tas-Saltna t’Alla, hi dik tal-Ispirtu s-Santu li jfakkarna li bit-tama nistgħu ngħelbu l-limitazzjonijiet tagħna u naslu għall-glorja.

Huwa l-Ispirtu s-Santu li jgħammar fina, li jnissel fina dit-tama: din hi ħaġa kbira, ħelsien, glorja kbira. Għal dir-raġuni Ġesù jgħid, fakkar il-Papa Ġiżwita: Fiż-żerriegħa tal-mustarda, żerriegħa ċkejkna, hemm il-qawwa li tiġġenera tkabbir li ma nistgħux nimmaġinawh.

Ġewwa fina u fil-Ħolqien, tenna l-Papa Franġisku, hemm qawwa li tixprunana: hi l-Ispirtu s-Santu li jtina t-tama.

Il-Papa kompla jispjega xi jfisser li wieħed jgħix bit-tama. Franġisku qal li t-tama hi l-virtù l-aktar “umli” u “qaddejja”. Huwa ċanfar lil dawk li jipprietkaw is-Saltna t’Alla imma joqgħodu b’sebgħa għajnejn biex ma “jitħammġux”. Dawn qieshom kustodji ta’ xi mużew, osserva Franġisku.

Il-Qdusija Tiegħu temm ifakkar li fejn hemm it-tama, hemm l-Ispirtu s-Santu, u dan jgħinna nersqu lejn is-Saltna t’Alla.

Ħajr lill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Radju Marija

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: