Home > Aħbarijiet, L-Isqof ta' Għawdex Mario Grech > Għal Ewropa iżjed soċjali: Intervent tal-Isqof Mario Grech fil-Laqgħa Plenarja tal-COMECE

Għal Ewropa iżjed soċjali: Intervent tal-Isqof Mario Grech fil-Laqgħa Plenarja tal-COMECE


Il-Ħamis, 26 ta’ Ottubru 2017, Ruma: L-Ewropa waslilha ż-żmien biex tagħmel eżami serju tal-kuxjenza fuq ir-rwol tagħha f’soċjetà fejn ir-rata tal-faqar bla dubju qiegħda tikber jum wara l-ieħor. Skont l-aħħar rapport tal-Ewrostat, ċittadin Ewropew fuq erbgħa għaddej minn żmien diffiċli: dħul baxx ħafna, esklużjoni soċjali, għajnuna ta’ xejn. L-ispejjeż qed jagħmluhom mhux biss l-anzjani, imma anki t-tfal, 27% minnhom jgħixu f’familji foqra. Il-faqar fost it-tfal issa sar fenomenu dejjem jikber anki fil-pajjiżi sinjuri, bħal Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit.

img_6175.jpgDan hu fenomenu soċjali li qed ifieri qalb l-Ewropa. L-għaqda tal-Ewropa ssejset fuq il-prinċipju tal-persuna, u fuq il-prinċipju tas-solidarjetà, li t-tnejn irridu norbtu fuqhom għal konvivenza ċivili mibnija fuq l-etika tar-responsabbiltà mifhuma kemm f’sens lajk u kemm f’dak reliġjuż.

Illum m’għadux hekk: l-immaġni hi dik ta’ Ewropa f’biċċiet li ċaħdet din is-sistema ta’ valuri, u qed issir entità ftit li xejn solidali, magħluqa fl-interessi partikularistiċi, privati, individwalistiċi; art għammiela għal nazzjonaliżmi u estremiżi ta’ kull xorta.

Iktar minn hekk, qed tikber kontinwament id-differenza bejn dawk li għandhom u dawk li m’għandhomx. Kif jikteb il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku fil-Messaġġ għall-Jum Dinji tal-Foqra, li l-Knisja Kattolika se tiċċelebra għall-ewwel darba fid-19 ta’ Novembru li ġej, “fi żmienna, waqt li qed joħroġ iktar l-għana sfaċċat maħżun f’idejn il-ftit ipprivileġġjati, u spiss ma’ dan l-illegalità u l-isfruttament offensiv tad-dinjità umana, hu ta’ skandlu kif il-faqar qed jitwessa’ għal oqsma kbar tas-soċjetà fid-dinja kollha”.

Naħseb li f’dan il-kuntest l-Ewropa għandha twieġeb għall-isfida tad-diversi għamliet ta’ faqar kemm b’dik li hi programmazzjoni ekonomika u l-promozzjoni tal-possibbiltajiet ta’ xogħol, u kemm billi lkoll nedukaw ruħna għal korresponsabbiltà soċjali akbar, li tgħinna nħossu l-ġid komuni bħala valur li lejh ilkoll irridu nimxu anki permezz tas-solidarjetà mal-iżjed dgħajfa, prijorità li ħadd ma jista’ jaħrab minnha.

Għal Ewropa iżjed soċjali, fil-qlub u fl-imħuħ ta’ min jiggverna u f’kull waħda mill-fażijiet tat-twettiq tal-miżuri politiċi, jeħtieġ nagħtu prijorità assoluta lill-foqra.

Per una Europa piu’ sociale
Intervento del Vescovo Mario Grech alla plenaria della COMECE
26 ottobre 2017, Roma

I tempi sono maturi, per l’Europa, per fare un serio esame di coscienza sul suo ruolo in una societa dove il tasso di poverta sta decisamente aumentando di giorno in giorno. Secondo l’ultimo report dell’Eurostat, uno europeo su quattro sta attraversando un momento difficile: redditi bassissimi, esclusione sociale, nessun aiuto. A farne le spese non sono solo gli anziani ma anche i bambini, il 27% di loro vive in famiglie povere. La povertà infantile ormai è un fenomeno in aumento anche nei paesi ricchi, come Francia, Germania o Regno Unito.

Questo e’ un fenomeno sociale che dovrebbe ferire il cuore l’Europa. L’unità dell’Europa si è costruita sul principio persona, e sul principio solidarietà entrambi vincolanti per una convivenza civile basata sull’etica della responsabilità declinata sia in senso laico che religioso.

Oggi non è così: l’immagine è quella di un’Europa disgregata che ha negato questo sistema di valori, divenendo un’entità non solidale, ripiegata su interessi particolaristici, privati, individualistici: terreno fertile per nazionalismi ed estremismi di ogni segno.

In piu, cresce continuamente il divario tra quelli che hanno e quelli che non hanno. Come scrive il Santo Padre Francesco nel suo messaggio per il Giornata mondiale dei poveri, che la Chiesa Cattolica celebrera per la prima volta il prossimo 19 novembre “ai nostri giorni mentre emerge sempre piu la richezza sfacciata che si accumula nelle mani di pochi privilegiati e spesso si accompagna all’illegalita e allo sfruttamento offensivo della dignita dell’uomo, fa scandalo l’estendersi della poverta a grandi settori della societa”.

Credo che in queto contesto l’Europa debba rispondere alla sfida delle diverse povertà sia sul piano della programmazione economica e della promozione delle possibilità di lavoro, sia con l’educarci tutti a una più grande corresponsabilità sociale, che ci faccia sentire il bene comune come valore a cui tendere tutti anche attraverso la solidarietà con i più deboli, priorità ineludibile per tutti.

Per un’Europa piu’ sociale, nei cuori e nelle menti dei governanti e in ognuna delle fasi d’attuazione delle misure politiche c’è bisogno di dare priorità assoluta ai poveri.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: