Ta’ interess mhux biss għall-filatelisti imma wkoll għal dawk interesati fid-djalogu ekumeniku

stamp.jpgIs-Sibt, 4 ta’ Novembru 2017:

Id-Dipartiment tal-Filatelija tal-Vatikan għadu kif ħareg bolla kommemorattiva li tfakkar il-500 anniversarju tar-Riforma Protestanta li kienet ċelebrata t-Tlieta, 31 ta’ Ottubru. Il-bolla għandha l-valur ta’ ewro u turi x-xbieha ta’ Kristu msallab waqt li għarkubtejhom maġenbu jidhru Luteru u l-ħabib tiegħu Melantone.

Għal Knisja Mġedda

Is-Sibt 4 ta’ Novembru 2017. Messaġġ lis-seminaristi mill-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech,Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Belt Victoria.

Meta llum qegħdin irroddu ħajr lil Alla għall-preżenza tas-Seminarju Maġġuri fid-Djoċesi tagħna matul dawn il-151 sena, fid-dawl tal-Vanġelu li għadna kif qrajna (Lq 23:1-12), nixtieq noffri żewġ riflessjonijiet għall-formazzjoni ta’ dawk li nittamaw li għada għad ikunu saċerdoti ta’ Kristu fil-Knisja.

Continue reading Għal Knisja Mġedda

L-Evanġelju tas-Sibt, 4 ta’ Novembru 2017.

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Lq 14, 1.7-11

Donnu kien għadu mhux kulħadd wasal. U donnu ma kienx hemm postijiet riservati. Wara li ħadd ma kellu l-ħila jwieġeb lil Ġesù għall-mistoqsija tiegħu dwar jekk jaqalekx ibnek jew il-barri fil-ġiebja tħallihx hemm għa xikun is-Sibt, il-mistednin kienu għadhom jaslu. U mid-dehra kulħadd beda jfittex post tajjeb, fuq quddiem, probabli mhux biss għax biex jieklu l-aħjar iżda biex jidhru l-aħjar.
Continue reading L-Evanġelju tas-Sibt, 4 ta’ Novembru 2017.