It-Tlieta, 7 ta’ Novembru 2017: Kif konna ġa ħabbarna minn dan is-sit f’Ġunju li għadda, minn din is-sena l-Papa Franġisku nieda JUM IL-FOQRA, u talab li dan ikun imfakkar kull sena fit- Tlieta u Tletin Ħadd ta’ matul is-Sena, li huwa propju l-Ħadd ta’ qabel iċ-ċelebrazzjoni ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien kollu u li jagħlaq is-sena liturġika.
Din is-sena, Jum il-Foqra jaħbat il-Ħadd 19 ta’ Novembru. Tista’ taqra bil-Malti l-messaġġ tal-Papa Franġisku għal dan il-jum minn dil-paġna tal-Laikos … http://www.laikos.org/Fr1_Messagg_Jum-Foqra_2017_13062017.htm