Il-Papa jibda serje ta’ katekeżi ġdida dwar l-Ewkaristija

L-Erbgħa, 8 ta’ Novembru 2017: Illum, waqt l-Udjenza Ġenerali ta’ kull nhar ta’ Erbgħa, il-Papa Franġisku ta bidu għal serje ġdida ta’ Katekeżijiet dwar l-Ewkaristija. Fid-daħla tiegħu ta’ dalgħodu huwa tkellem dwar il-Quddiesa u saħaq dwar il-ħtieġa li biex nistgħu ngħixu dejjem iżjed b’mod sħiħ ir-relazzjoni tagħna ma’ Alla, irridu nifhmu tajjeb il-valur u t-tifsira tagħha.    Kompli ara filmat u aqra d-disors kollu tal-Papa minn hawn … http://www.laikos.org/Papa_Frangisku_Udjenza_08112017.htm

Daħla

1. Katekeżi dwar il-Quddiesa mill-Papa Franġisku. 8 ta’ Novembru 2017.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum qed nibdew serje ġdida ta’ katekeżi, li sa tixħtilna ħarsitna fuq il-“qalba” tal-Knisja, jiġifieri l-Ewkaristija. Huwa fundamentali għalina l-Insara li nifhmu tajjeb il-valur u t-tifsira tal-Quddiesa, biex nistgħu ngħixu dejjem iżjed b’mod sħiħ ir-relazzjoni tagħna ma’ Alla.

Continue reading “Daħla”

L-Evanġelju tal-Erbgħa, 8 ta’ Novembru 2017

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja

Lq 14, 25-33

Tidher stramba ħafna! Li Ġesù, li qal li l-ikbar kmandament huwa li tħobb lil Alla u lill-proxxmu, jgħid li ma tisatx tkun dixxiplu tiegħu jekk ma tobgħodx, tinstema stramba. Jekk l-imħabba hija l-aħbar it-tajba tiegħu, minnha għandhom ikunu esklużi l-ġenituri, il-mara, l-ulied u l-aħwa? Continue reading “L-Evanġelju tal-Erbgħa, 8 ta’ Novembru 2017”